Isaija 18:1-7

  • Messaġġ kontra l-Etjopja (1-7)

18  Ħażin għall-pajjiż tal-insetti li jvenvnu ġwinħajhomFir-reġjun tax-xmajjar tal-Etjopja!  2  Il-pajjiż qed jibgħat lil xi wħud bil-baħarBiex jaqsmu l-ilmijiet bid-dgħajjes tal-papiru billi jgħid: “Morru, messaġġiera ħfief,Għand ġens b’nies twal u b’ġilda lixxa,Għand poplu li jbeżżaʼ n-nies kullimkien,Għand ġens b’saħħtu u rebbieħ,Li l-pajjiż tiegħu qed jittiekel mix-xmajjar.”  3  Nies li toqogħdu mal-art kollha,Dak li se taraw se jkun qisu arblu bħala sinjal fuq il-muntanji,U se tisimgħu bħal ħoss taʼ qarn jindaqq.  4  Għax hekk qalli Ġeħova: “Se nibqaʼ għall-kwiet u nħares lejn il-post* stabbilit tiegħi,Se nħares b’mod kalm bħad-dawl tax-xemx li jsaħħan l-għelieqi,U se nkun kwiet bħan-nida li toqgħod fis-sħana tal-ħsad.  5  Għax qabel il-ħsad,Meta d-dwieli jarmu u l-għeneb isir,Il-friegħi żgħar se jinqatgħu bil-minġel,U r-rimjiet irqaq se jinqalgħu u jitneħħew.  6  Il-ġisem tagħhom se jitħalla għall-għasafar tal-priża tal-muntanjiU għall-bhejjem. L-għasafar tal-priża se jqattgħu s-sajf jieklu minnhom,U l-bhejjem kollha se jqattgħu żmien il-ħsad jieklu minnhom.  7  Dak iż-żmien se jingħata rigal lil Ġeħova tal-armati,Mingħand ġens b’nies twal u b’ġilda lixxa,Mingħand poplu li jbeżżaʼ n-nies kullimkien,Mingħand ġens b’saħħtu u rebbieħ,Li l-pajjiż tiegħu qed jittiekel mix-xmajjar. Dar-rigal se jingħata fuq il-Muntanja Sijon, il-post li jissejjaħ bl-isem taʼ Ġeħova tal-armati.”

Noti taʼ taħt

Jew forsi “mill-post.”