Isaija 27:1-13

  • Il-Levjatan jinqatel minn Ġeħova (1)

  • Għanja dwar Iżrael li jiġi mqabbel m’għalqa tad-dwieli (2-13)

27  Dakinhar Ġeħova se juża x-xabla kbira tiegħu li taqtaʼ u tal-biżaʼBiex jikkastiga lil-Levjatan,*Is-serp li jiċċaqlaq b’ħeffa u jitgħawweġ. Hu se joqtol lis-serp il-kbir li jgħix fil-baħar.  2  Dakinhar għandkom tkantawlha:* “Għalqa tad-dwieli li tagħmel ħafna nbid!  3  Jien, Ġeħova, qed nipproteġiha. Nagħtiha l-ilma l-ħin kollu. Jien nipproteġiha lejl u nharBiex ħadd ma jagħmlilha l-ħsara.  4  Jien m’għadnix irrabjat magħha. Jekk xi ħadd jitfagħli l-għollieq u l-ħaxix ħażin quddiemi, Jien ngħaffiġhom u naħraqhom f’daqqa, u niggwerra kontrih.  5  Għalhekk, ħa jiġi għandi għall-protezzjoni. Ħa jagħmel paċi miegħi;Ħa jagħmel paċi miegħi.”  6  Fil-jiem li ġejjin, Ġakobb se jrabbi l-għeruqU jsir b’saħħtu bħal siġra kbira. Iżrael se jsir bħal siġra kbira mimlija fjuri. Huma se jagħmlu l-frott mal-pajjiż kollu.  7  Għandu hu jiġi msawwat bl-istess ħruxija? Jew għandu jiġi maqtul b’mod tant vjolenti?  8  B’għajta li tbeżżaʼ, int se tiġġieled magħha meta tibgħatha ’l hemm. Hu se jkeċċiha bir-riħ qawwi tiegħu li hu bħar-riħ mil-Lvant.  9  Għalhekk, dan hu l-mod taʼ kif l-iżball taʼ Ġakobb se jitpatta,U meta jinħafirlu d-dnub, dan se jkun ir-riżultat: Hu se jġib il-ġebel kollu tal-artalBħal ġebel tal-ġir li ġie mitħun,U mhux se jifdal arbli sagri* u artali tal-inċens. 10  Għax mhu se jifdal ħadd fil-belt iffortifikata;Il-postijiet fejn jirgħaw l-annimali se jkunu mitluqa u abbandunati bħal deżert. Hemmhekk il-barri żgħir* se jirgħa, jimtedd,U jiekol il-friegħi tagħha. 11  Meta l-friegħi żgħar tagħha jinxfu,In-nisa jmorru hemm, ikissruhom,U jużawhom għan-nar. Għax dan il-poplu mhux kapaċi jifhem. Hu għalhekk li Dak li Għamilhom mhux se jurih ħniena,U Dak li Ħalqu mhux se jitħassru. 12  Poplu t’Iżrael, bħalma xi ħadd ifarfar il-frott minn siġra u jiġbru waħda waħda, Ġeħova se jiġbor lilkom li intom imxerrdin billi jibda mix-Xmara* sal-wied tal-Eġittu. 13  Dakinhar se jindaqq qarn kbir, u dawk li waslu biex imutu fl-art tal-Assirja u dawk li huma mferrxin fl-art tal-Eġittu se jiġu u jmilu quddiem Ġeħova fuq il-muntanja qaddisa f’Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt

Milli jidher qed jirreferi għal Iżrael, hawnhekk qed jiġi mqabbel maʼ mara u mxebbah mʼgħalqa tad-dwieli.
Jew “l-għoġol.”
Jiġifieri l-Ewfrat.