Isaija 28:1-29
28 Is-sakranazzi t’Efrajm iqisu l-belt tagħhomBħala kuruna* li tagħti fl-għajn*U fjura sabiħa fuq il-muntanja tal-wied fertili.
Imma n-nies hemmhekk huma fis-sakra minħabba l-inbid.
Ħażin għalihom għax il-fjura sabiħa tagħhom se tispiċċa!
2 Ġeħova għandu lil xi ħadd b’saħħtu u qawwi.
Hu se jsabbatha mal-art bis-saħħaBħal maltempata bir-ragħad u s-silġ, riefnu li jeqred,U bħal maltempata b’dulluvju kbir t’ilma.
3 Il-kuruni li jagħtu fl-għajn* li jilbsu s-sakranazzi t’EfrajmSe jintrifsu taħt is-saqajn.
4 U l-fjura sabiħa t’Efrajm li qed tispiċċaU li qiegħda fuq il-muntanja tal-wied fertili,Se ssir bħat-tina tal-bidu taʼ qabel is-sajf.
Meta xi ħadd jaraha, jaqtagħha u jiblagħha malajr.
5 Dakinhar, Ġeħova tal-armati se jsir bħal kuruna glorjuża u kuruna tal-fjuri mill-isbaħ* għal dawk li jifdal mill-poplu tiegħu.
6 Hu se jġiegħel lill-imħallfin* ikunu jixtiequ jiġġudikaw b’mod ġust, u se jagħti s-saħħa lil dawk li jiddefendu bieb il-belt mill-attakki tal-għadu.
7 Il-qassisin u l-profeti jiżvijaw minħabba l-inbid;Ix-xorb alkoħoliku tagħhom iġegħelhom jixxenglu.
Huma jiżvijaw minħabba l-alkoħol;L-inbid ifixkilhom,U huma jixxenglu bl-alkoħol tagħhom;Huma jaraw viżjonijiet li jġegħluhom jiżvijaw,U jitfixklu meta jagħmlu ġudizzju.
8 Għax l-imwejjed tagħhom mimlijin b’remettar li jqażżek.
M’hemmx post nadif.
9 Huma jgħidu: “Lil min se jgħallem,U lil min se jispjega l-messaġġ?
Lil dawk li għadhom kif qatgħu l-ħalib,U li għadhom kif tneħħew minn maʼ sider ommhom?
10 Għax dejjem kmand wara kmand, kmand wara kmand,Regola wara regola, regola wara regola,*Ftit hawn u ftit hemm.”*
11 Alla se jkellem lil dan il-poplu permezz taʼ wħud li jtemtmu u li jitkellmu b’lingwa barranija.
12 Hu darba qalilhom: “Dan hu l-post taʼ mistrieħ. Ħa jistrieħ l-għajjien; dan hu l-post taʼ serħan,” imma huma ma ridux jisimgħu.
13 Allura Ġeħova se jgħidilhom:
“Kmand wara kmand, kmand wara kmand,Regola wara regola, regola wara regola,*Ftit hawn u ftit hemm,”Ħalli meta jimxu jitfixklu, jaqgħu lura,Jitfarrku, jidħlu f’nassa, u jinqabdu.
14 Għalhekk isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, intom li tiftaħru,Intom il-mexxejja taʼ dan il-poplu f’Ġerusalemm,
15 Għax tgħidu: “Għamilna patt mal-Mewt,
U arranġament* mal-Qabar.*
Meta jgħaddi dulluvju qawwi f’daqqa,Ma jilħaqniex,Għax il-gidba li nafdaw fiha se tipproteġina,U l-qerq se jaħbina.”
16 Għalhekk, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:
“Jien qed inqiegħed f’Sijon bħala pedament ġebla li wriet li hi taʼ kwalità,L-iktar ġebla importanti* u prezzjuża taʼ pedament sod.
Kull min juri li għandu fidi fiha mhux se jippanikja.
17 Jien se nuża l-ġustizzja bħala l-ħabel tal-kejlU s-sewwa bħala l-invell.*
Is-silġ se jiknes il-protezzjoni li hi gidba,U l-ilmijiet se jgħarrqu l-post fejn tistaħbew.
18 Il-patt tagħkom mal-Mewt se jitħassarU l-arranġament tagħkom mal-Qabar* ma jibqax.
Meta jgħaddi dulluvju qawwi f’daqqa,Se jfarrakkom.
19 Kull darba li jgħaddi,Se jkaxkarkom miegħu,Għax se jgħaddi kull filgħodu,Matul il-ġurnata u matul il-lejl.
It-twerwir biss se jġegħelhom jifhmu l-messaġġ.”*
20 Għax is-sodda hi qasira wisq biex wieħed jimtedd fuqha,U l-liżar dejjaq wisq biex jitgeżwer fih.
21 Għax Ġeħova se jaġixxi bħalma għamel fuq il-Muntanja Perasim;Hu se jieħu azzjoni bħalma għamel fil-wied* taʼ ħdejn Gibegħon,Biex jagħmel ix-xogħol tiegħu, ix-xogħol stramb tiegħu,U jagħmel dak li għandu jagħmel, ix-xogħol mhux tas-soltu tiegħu.
22 Twaqqgħux kollox għaċ-ċajt,Ħalli l-ktajjen tagħkom ma jiġux iktar issikkati,Għax jien smajt mis-Sid taʼ Kollox Ġeħova tal-armatiLi hu ddeċieda li jeqred il-pajjiż kollu.*
23 Agħtu kas u isimgħu leħni;Oqogħdu attenti u isimgħu dak li ngħid.
24 Min jaħrat ma jibqax jaħrat il-ġurnata kollha qabel jitfaʼ ż-żerriegħa.
Ma jibqax ikisser u jwitti l-ħamrija.
25 Meta jwitti l-wiċċ tagħha,Hu jxerred il-kemmun* iswed u jiżraʼ l-kemmun normali.
Hu jiżraʼ wkoll il-qamħ, il-millieġ,* u x-xgħir* fil-post tagħhom,U l-ispelta mat-tarf.
26 Alla jgħallmu* dak li hu ġust u jittrennjah.
27 Għax il-kemmun iswed ma jiġix imfarrak bis-slitta tad-dris,U r-rota tal-karru ma tgħaddix fuq il-kemmun normali.
Minflok, il-kemmun iswed jingħata daqqiet bil-bastun,U l-kemmun normali bil-ħatar.
28 Jekk xi ħadd ikun qed jidres iċ-ċereali li se juża għall-ħobż bis-slitta,
Ma joqgħodx iġibu trab.
Hu ma jibqax jidirsu.
U jekk jgħaddi minn fuqu bil-karru miġbud biż-żwiemel, ma jġibux trab.
29 Dan il-kliem ukoll ġej minn Ġeħova tal-armati,Li l-pariri tiegħu huma* tal-għaġeb,U li dejjem jirnexxi f’dak li jagħmel.*
Noti taʼ taħt
^ Milli jidher tirreferi għall-belt kapitali, is-Samarija.
^ Jew “imkabbra.”
^ Jew “imkabbrin.”
^ Jew “girlanda sabiħa.”
^ Jew “Hu se jitfaʼ l-ispirtu tiegħu fuq l-imħallfin.”
^ Jew “Ħabel tal-kejl fuq ħabel tal-kejl.”
^ Għall-mexxejja reliġjużi l-messaġġ t’Isaija kien jinstemaʼ ripetittiv u tat-tfal.
^ Jew “Ħabel tal-kejl fuq ħabel tal-kejl.”
^ Jew forsi “kellna viżjoni.”
^ Jew “maʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Din il-ġebla titpoġġa fil-kantuniera taʼ bini, fejn jiltaqgħu żewġ ħitan.
^ Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Jew “il-lenza biċ-ċomb.”
^ Jew “maʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew forsi “Meta jifhmu, huma se jkunu mwerwrin ħafna.”
^ Jew “fil-pjanura l-baxxa.”
^ Jew “l-art kollha.”
^ Jiġifieri cumin.
^ Jiġifieri millet.
^ Jiġifieri barley.
^ Jew “jiddixxiplinah; jikkastigah.”
^ Jew “l-iskop tiegħu hu.”
^ Jew “l-għerf tiegħu hu kbir.”

