Isaija 60:1-22
60 “Qum mara, agħti d-dawl, għax id-dawl tiegħek beda jiddi.
Il-glorja taʼ Ġeħova qed tiddi fuqek.
2 Għax id-dlam se jgħatti l-artU dalma kbira se tgħatti lill-popli;Imma Ġeħova se jiddi fuqek,U l-glorja tiegħu se tidher fuqek.
3 Il-popli se jiġu għad-dawl tiegħekU r-rejiet għad-dija tleqq tiegħek.*
4 Ħares madwarek!
Huma nġabru kollha u ġejjin għandek.
It-tfal subien u bniet tiegħek jibqgħu ġejjin mill-bogħod,U lill-bniet tiegħek qed jerfgħuhom.
5 F’dak iż-żmien, int se tara dan u wiċċek jixgħel bil-ferħ,U qalbek se tħabbat iktar u tifraħ,Għax l-affarijiet prezzjużi li hemm fil-baħar se jingħatawlek;Il-ġid tal-popli se jiġi għandek.
6 Ammont kbir t’iġmla minn Midjan u GħefaSe jiksu l-pajjiż tiegħek.*
In-nies kollha minn Xeba se jiġu u jġibu magħhomDeheb u inċens abjad.
Huma se jfaħħru lil Ġeħova.
7 L-imrieħel kollha taʼ Kedar se jiġu għandek.
L-imtaten taʼ Nebajot se jinġiebu għandek.
Huma se jiġu aċċettati bħala sagrifiċċji fuq l-artal tiegħi,U jien se nsebbaħ id-dar glorjuża* tiegħi.
8 Min huma dawn li għaddejjin bħas-sħab,U li qed itiru bħal ħamiem lejn il-post fejn joqogħdu?*
9 In-nies tal-gżejjer jittamaw fija;Il-vapuri taʼ Tarsis huma fuq quddiemBiex iġibu t-tfal tiegħek mill-bogħod.
It-tfal tiegħek se jġibu d-deheb u l-fidda tagħhomBiex ifaħħru l-isem taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek u l-Qaddis t’Iżrael,Għax hu se jigglorifikak.*
10 Il-barranin se jibnulek is-swar,U r-rejiet tagħhom se jaqduk,Għax meta jien kont irrabjat, ikkastigajtek,Imma bil-qalb* tajba se nħenn għalik.
11 Il-bibien tiegħek se jkunu miftuħin il-ħin kollu;Mhux se jingħalqu, la matul il-ġurnata u lanqas billejl,Ħalli n-nies iġibu l-ġid tal-popli,U r-rejiet tagħhom se jkunu minn taʼ quddiem biex jagħmlu dan.
12 Għax kull poplu u saltna li ma taqdikx se tisparixxi,U l-popli se jinqerdu għalkollox.
13 Is-siġar sbieħ tal-Libanu se jinġiebu għandek:
Is-siġar tal-ġnibru, tal-fraxxnu, u taċ-ċipress.
Dawn se jinġiebu biex isebbħu l-post fejn hemm is-santwarju tiegħi.
Jien se nonora l-post fejn nagħmel saqajja.
14 It-tfal taʼ dawk li ħaqruk se jiġu u jmilu quddiemek;Dawk kollha li jittrattawk b’nuqqas taʼ rispett se jkollhom imilu ħdejn saqajk,U jkollhom isejħulek il-belt taʼ Ġeħova,Sijon tal-Qaddis t’Iżrael.
15 Minflok ma tiġi abbandunata u mibgħuda, u ħadd ma jgħaddi minnek,Jien se nagħmlek ħaġa li taʼ min jiftaħar biha għal dejjem,U jifraħ biha għal ġenerazzjoni wara oħra.
16 Il-popli u r-rejiet se jagħtuk dak li għandek bżonnBħalma omm tagħti l-ħalib tagħha lit-tarbija;Int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova, il-Wieħed li Nsalvak,U li jien, l-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb, Dak li Nixtrik Lura.
17 Minflok ir-ram se nġib id-deheb,Minflok il-ħadid se nġib il-fidda,Minflok l-injam, ir-ram,U minflok il-ġebel, il-ħadid.
Jien se nagħtik il-paċi u l-ġustizzja,U dawn se jkunu bħala l-imgħallmin tiegħek u bħala dawk li jagħtuk ix-xogħol.
18 Mhux se jkun hemm iktar vjolenza fil-pajjiż tiegħekJew qerda u ħerba ’l ġewwa mill-fruntieri tiegħek.
Int se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni u l-bibien tiegħek Tifħir.
19 Ix-xemx mhux se tagħtik iktar dawl matul il-ġurnata,U lanqas il-qamar jiddi mhu se jagħtik iktar dawl,Għax Ġeħova se jsir għalik dawl għal dejjem,U l-Alla tiegħek se jkun is-sbuħija tiegħek.
20 Ix-xemx tiegħek qatt mhu se tinżelU l-qamar tiegħek qatt mhu se jitlef id-dawl,Għax Ġeħova se jsir għalik dawl għal dejjem,U mhux se tibqaʼ tagħmel vistu.
21 Il-poplu kollu tiegħek se jkun ġust;Huma se jkollhom l-art għal dejjem,
Huma r-rimja li jien ħawwilt,Dak li għamilt biex insebbaħ lili nnifsi.
22 Iċ-ċkejken se jsir elfU ż-żgħir se jsir poplu b’saħħtu.
Meta jasal iż-żmien, jien stess, Ġeħova, mhux se ndum biex nagħmel dan.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “għad-dija tas-sebħ tiegħek.”
^ Letteralment “lilek.”
^ Jew “sabiħa.”
^ Jew “il-barumbara tagħhom?”
^ Jew “isebbħek.”
^ Jew “bir-rieda.”

