Isaija 29:1-24

  • Ħażin għal Arjel! (1-16)

    • Ikkundannati għax iqimu b’dak li jgħidu biss (13)

  • Dawk li ma jisimgħux se jisimgħu u dawk li ma jarawx se jaraw (17-24)

29  “Ħażin għal Arjel,* il-belt fejn David ikkampja! Komplu ċċelebraw il-festi tagħkomSena wara sena.  2  Imma jien se nġib inkwiet fuq Arjel,U se jkun hemm dwejjaq u biki,U għalija hi se ssir bħal artal.  3  Jien se nikkampja minn kull naħa biex niġġieled kontrik,U se nassedjak b’ħajt taʼ zkuk ippontatiU se ntellaʼ kontrik strutturi tal-assedju.  4  Int se tkun umiljat u mitfugħ fl-art;U minn hemm se titkellem,U minħabba t-trab, kliemek mhux se jkun ċar. Leħnek se jiġi mill-art,Bħal-leħen tal-medjum tal-ispirti,U kliemek ikun bħal tpespis mit-trab.  5  Il-folla tal-għedewwa* tiegħek se jkunu bħal trab fin,Il-folla tat-tiranni se tkun bħal qoxra taʼ żerriegħa li tittajjar. U dan se jiġri f’ħakka t’għajn, f’daqqa waħda.  6  Jien, Ġeħova tal-armati se nipproteġikBir-ragħad, b’terremot, b’ħoss kbir,B’riefnu, b’tempesta, u bil-fjammi tan-nar li jeqirdu.”  7  Imbagħad il-folla tal-ġnus kollha li qed jiggwerraw kontra Arjel,Se jsiru bħal ħolma, viżjoni billejl. Din il-folla hi dawk kollha li qed jiggwerraw kontriha,It-torrijiet tal-assedju kontra tagħha,U dawk li qed iġibulha l-inkwiet.  8  Iva, se jiġri eżatt bħal meta xi ħadd bil-ġuħ joħlom li qed jiekol,Imma jqum bil-ġuħ,U bħal meta xi ħadd bil-għatx joħlom li qed jixrob,Imma jqum għajjien u bil-għatx. Hekk se jiġrilha l-folla tal-ġnus kollhaLi qed tiġġieled kontra l-Muntanja Sijon.  9  Għandkom tistagħġbu u tibliehu;Agħmu lilkom infuskom ħalli ma tarawx. Il-mexxejja tagħkom fis-sakra, imma mhux bl-inbid;Huma qed jixxenglu, imma mhux bl-alkoħol. 10  Għax Ġeħova ġegħelkom torqdu fil-fond;Hu għalaq għajnejn il-profeti,U għatta ras il-viżjonarji.* 11  Għalikom kull viżjoni ssir bħall-kliem fi ktieb issiġillat. Meta jagħtuh lil xi ħadd li jaf jaqra, jgħidulu: “Aqra dan b’leħen għoli, jekk jogħġbok,” u hu jgħid: “Ma nistax, għax issiġillat.” 12  U meta jagħtu l-ktieb lil xi ħadd li ma jafx jaqra, jgħidulu: “Aqra dan, jekk jogħġbok,” u hu jgħid: “Ma nafx naqra.” 13  Ġeħova jgħid: “Dawn in-nies iqimuni b’dak li jgħiduU jfaħħruni bi kliemhom,Imma ma jħobbunix,U r-rispett* li għandhom lejja hu bbażat fuq dak li jgħidu n-nies. 14  Għalhekk, jien se nerġaʼ nagħmel affarijiet tal-għaġeb lil dawn in-nies,Xi ħaġa tal-għaġeb waħda wara oħra;U l-għerf taʼ dawn l-irġiel għorrief se jiġi fix-xejn,U l-abbiltà li jifhmu tal-irġiel għaqlin se tisparixxi.” 15  Ħażin għal dawk li jagħmlu minn kolloxBiex jaħbu l-pjanijiet* tagħhom minn Ġeħova. Dak li għamlu jsir f’post mudlam,Waqt li jgħidu: “Min se jarana, min jaf bina?” 16  Kemm tafu tgħawġu l-affarijiet!* Għandu min jagħmel il-fuħħar jitqies daqs it-tafal? Jistaʼ oġġett jgħid dwar dak li għamlu: “Int m’għamiltnix”? U għandu dak li ġie fformat jgħid dwar dak li fformah: “Dak ma jifhimx”? 17  Fi ftit żmien ieħor il-Libanu se jsir ġnien tas-siġar tal-frott,U dan il-ġnien se jitqies bħala foresta. 18  Dakinhar dawk li ma jisimgħux se jisimgħu l-kliem tal-ktieb,U dawk li ma jarawx se jaraw, għax se jkunu ħielsa mid-dlam u s-swidija. 19  Dawk umli se jifirħu ħafna b’Ġeħova,U l-foqra se jifirħu bil-Qaddis t’Iżrael. 20  Għax mhux se jkun hemm iktar tiranni,Mhux se jibqgħu jeżistu dawk li jiftaħru,U se jinqerdu dawk kollha li moħħhom biex jagħmlu l-ħsara: 21  Dawk li jakkużaw falz lil oħrajn,Dawk li jagħmlu n-nases lil min jiddefendi ruħu* f’bieb il-belt,U dawk li bl-argumenti bla sens tagħhom ma jagħmlux ġustizzja mal-ġusti. 22  Għalhekk, Ġeħova li feda* lil Abraham, jgħid lid-dar taʼ Ġakobb: “Ġakobb mhux se jistħi iktar,U wiċċu mhux se jibqaʼ jidher iddiżappuntat.* 23  Għax meta jara lit-tfal tiegħu madwaru,Li huma xogħol idejja,Huma se jqaddsu lil ismi;Iva, huma se jqaddsu lill-Qaddis taʼ Ġakobb,U huma se juru rispett kbir lill-Alla t’Iżrael. 24  Dawk li jiżvijaw se jifhmu,U dawk li jgergru se jkunu lesti li jitgħallmu.”

Noti taʼ taħt

Jistaʼ jkun li jfisser il-post fejn isir il-ħruq fuq l-artal, milli jidher jirreferi għal Ġerusalemm.
Letteralment “tal-istranġieri.”
Jiġifieri dawk li jirċievu l-viżjonijiet.
Letteralment “il-biżaʼ.”
Jew “l-iskop.”
Jew “Kemm intom imħassrin.”
Letteralment “jikkoreġi.”
Letteralment “wiċċu mhux se jisfar.”