Isaija 47:1-15

  • Il-waqgħa taʼ Babilonja (1-15)

    • Jinkixef kemm l-astrologi mhuma xejn (13-15)

47  Inżel u poġġi fit-trab,Tifla verġni taʼ Babilonja. Poġġi mal-art fejn m’hemmx iktar tron,Tifla tal-Kaldin,Għax in-nies qatt iktar mhu se jgħidu li int delikata u mfissda.  2  Ħu mitħna tal-idejn u itħan id-dqiq. Neħħi l-velu tiegħek. Inżaʼ d-dublett u ikxef saqajk. Aqsam ix-xmajjar.  3  In-nies se jarawk għarwiena U se jaraw għala ġejt imġiegħla tistħi. Se nagħmel vendetta minnek, u ħadd mhu se jwaqqafni.*  4  “Dak li jixtrina lura,Li jismu Ġeħova tal-armati,Hu l-Qaddis t’Iżrael.”  5  Oqgħod bilqiegħda kwieta u mur fid-dlam,Tifla tal-Kaldin;Mhux se jibqgħu jgħajtulek Reġina tas-Saltniet.  6  Jien irrabjajt ħafna man-nies tiegħi, Ħallejthom jiġu mniġġsin,U tajthom f’idejk. Imma int ma wrejthomx ħniena. Anki lix-xjuħ għabbejthom b’madmad tqil.  7  Int għedt: “Jien se nibqaʼ r-Reġina għal dejjem.” Dawn l-affarijiet ma ħadthomx bis-serjetà;Ma tajtx kas kif se jispiċċaw.  8  Issa ismaʼ dan, int li tħobb tixxala,Li tpoġġi bilqiegħda fis-sigurtà, u li f’qalbek tgħid: “M’hemm ħadd bħali. Apparti jien m’hemm ħadd iktar. Jien mhux se nsir armla. Jien qatt mhu se nitlef it-tfal.”  9  Imma dawn iż-żewġ affarijiet se jiġrulek f’daqqa, f’ġurnata waħda: Se titlef it-tfal u ssir armla. Dawn żgur se tgħaddi minnhomMinħabba* l-ħafna maġija tiegħek u l-qawwa tal-magħmul kollu li tagħmel. 10  Int fdajt fil-ħażen tiegħek. Int għedt: “Ħadd mhu jarani.” L-għerf u l-għarfien tiegħek żvijawk,U f’qalbek tgħid: “M’hemm ħadd bħali. Apparti jien m’hemm ħadd iktar.” 11  Imma fuqek ġej il-gwaj,U l-ebda maġija mhu se twaqqfu. Se jiġi fuqek diżastru u mhux se jirnexxilek tevitah. Se jkollok ħerba f’daqqa li qatt ma tkun għaddejt minnha. 12  Mela kompli agħmel il-magħmul u l-ħafna maġija tiegħekLi ħdimt iebes għalihom mindu kont żgħira. B’hekk, forsi tkun tistaʼ tibbenefika;Forsi n-nies jibżgħu minnek. 13  Int għejejt daqskemm għandek min jagħtik pariri. Ħa jiġu u jsalvawkDawk li jqimu s-sema* u li jħarsu lejn l-istilel,Dawk li meta jkun hemm qamar ġdid jgħidulek x’se jiġrilek. 14  Huma bħal tiben. In-nar se jaħraqhom. Ma jistgħux isalvaw lilhom infushom mill-qawwa tal-fjamma. Dawn il-fjammi mhumiex bħal faħam biex iżommu s-sħana,U dan in-nar mhux biex xi ħadd joqgħod quddiemu. 15  Hekk se jiġrilhom dawk li jagħmlu l-maġija,Dawk li ħdimt iebes magħhom mindu kont żgħira. Huma ma jafux fejn sejrin, kull wieħed minnhom se jmur f’direzzjoni differenti.* Ħadd mhu se jkun hemm biex isalvak.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “u ma nuri ħniena maʼ ħadd.”
Jew forsi “Minkejja.”
Jew forsi “L-astrologi; Dawk li jaqsmu s-sema.”
Letteralment “lejn ir-reġjun tiegħu.”