Isaija 50:1-11

  • Problemi minħabba d-dnubiet t’Iżrael (1-3)

  • Il-qaddej li jobdi lil Ġeħova (4-11)

    • Mgħallem biex ikun jaf kif iwieġeb u jkun lest jismaʼ (4)

50  Ġeħova jgħid: “Fejn hu ċ-ċertifikat tad-divorzju t’ommkom, li jien keċċejt? Jew begħtkom jien għax kelli d-dejn maʼ xi ħadd? Kien minħabba l-iżbalji tagħkom stess li ġejtu mibjugħin,U minħabba n-nuqqasijiet tagħkom stess li ommkom tkeċċiet.  2  Allura għala ma kien hawn ħadd meta ġejt? Għala ħadd ma wieġeb meta għajjattilkom? Jaqaw idi qasira wisq biex insalvakom,Jew m’għandix qawwa jien biex neħliskom? Bil-kmand tiegħi jinxef il-baħar;Jien inbiddel ix-xmajjar f’deżert. Il-ħut taʼ ġo fihom jinten minħabba n-nuqqas t’ilma,U jmut minħabba n-nixfa.  3  Is-sema libbistha bid-dlam,U għattejtha bil-ħwejjeġ tal-ixkora.”  4  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* għallimni dak li għandi ngħid,*Ħalli nkun naf kif inwieġeb* lill-għajjien b’kelma tajba.* Hu jqajjimni kull filgħodu;Hu jagħmilni lest biex nismaʼ* bħal xi ħadd li jiġi mgħallem.  5  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox tani l-abbiltà li nifhem,U jien ma kontx ribelluż. Ma mortx fid-direzzjoni opposta.  6  Jien tajt dahri lil dawk li kienu qed isawtuniU l-wardiet taʼ wiċċi lil dawk li qalgħuli d-daqna. Meta għajruni u beżquli, ma ħbejtx wiċċi.  7  Imma Ġeħova s-Sid taʼ Kollox se jgħinni. Hu għalhekk li mhux se nħossni umiljat. Hu għalhekk li jien determinat li nibqaʼ sod,*U naf li mhux se niġi mġiegħel nistħi.  8  Dak li jgħid li jien ġust, hu qrib. Min jistaʼ jakkużani?* Ejjew niffaċċjaw lil xulxin. Min għandu każ kontrija? Ħa jersaq lejja.  9  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox se jgħinni. Min se jgħid li jien ħati? Huma lkoll se jitmermru bħall-ħwejjeġ. Il-kamla se tikolhom. 10  Intom li tirrispettaw ħafna lil* ĠeħovaU li tisimgħu l-leħen tal-qaddej tiegħu, Għalkemm timxu fi dlam ċappa u mingħajr dawl, Afdaw fl-isem taʼ Ġeħova u kunu fiduċjużi li se jgħinkom.* 11  “Intom ilkoll li qed tqabbdu n-nar,Imxu fid-dawl tan-narU fost ix-xrar tan-nar li qabbadtu. Mingħandi se tirċievu dan il-kastig: Se timteddu minħabba li jkollkom uġigħ kbir.

Noti taʼ taħt

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”
Letteralment “tani l-ilsien taʼ dawk mgħallma.”
Jew forsi “nsaħħaħ.”
Letteralment “b’kelma.”
Letteralment “iqajjimli widinti biex nismaʼ.”
Letteralment “għamilt wiċċi bħaż-żnied.”
Jew “jargumenta miegħi?”
Letteralment “tibżgħu minn.”
Jew “u strieħu fuqu.”