Isaija 31:1-9
31 Ħażin għal dawk li jinżlu l-Eġittu għall-għajnuna,Li jistrieħu fuq iż-żwiemel,Li jafdaw fil-karrijiet tal-gwerra għax huma ħafna,U fiż-żwiemel tal-gwerra* għax huma b’saħħithom.
Huma ma jafdawx fil-Qaddis t’IżraelU ma jfittxux lil Ġeħova.
2 Imma hu għaref u se jġib diżastru fuqhom,Hu mhux se jmur lura minn kelmtu.
Hu se jaġixxi kontra l-grupp taʼ nies ħżienaU kontra dawk li jgħinu lil min jagħmel il-ħażin.
3 Imma l-Eġizzjani huma sempliċi bnedmin, u ma jistgħux jitqabblu m’Alla;Iż-żwiemel tagħhom huma sempliċi annimali, u mhux spirti.
Meta Ġeħova juża l-qawwa tiegħu,Dawk li joffru l-għajnuna se jitfixklu;Kull min jingħata l-għajnuna se jaqaʼ;Huma se jinqerdu kollha fl-istess ħin.
4 Għax Ġeħova qalli:
“Iljun b’saħħtu jgħajjat fuq il-priża tiegħu.
Hu ma jibżax mill-għajjat taʼ grupp taʼ ragħajja li nġabru kontrihU lanqas ma jiddejjaq mill-istorbju tagħhom.
Bl-istess mod, Ġeħova tal-armati se jinżel biex jiggwerraGħall-Muntanja Sijon u l-għolja tagħha.
5 Ġeħova tal-armati se jiddefendi lil Ġerusalemm bħalma għasfur itir fuq iż-żgħar tiegħu.
Hu se jiddefendiha u jeħlisha.
Hu se jipproteġiha u jsalvaha.”
6 “Poplu t’Iżrael, li rribellajtu kontrija apposta, ejjew lura għandi.
7 Għax intom dnibtu u għamiltu allat tad-deheb u l-fidda li ma jiswew għal xejn, imma dakinhar kollha kemm intom se twarrbuhom.
8 L-Assirjani se jmutu bix-xabla li mhix taʼ raġel;U xabla li mhix taʼ bniedem se toqtolhom.
Huma se jaħarbu minħabba x-xabla,U l-irġiel żgħażagħ tagħhom se jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol taʼ bilfors.
9 Dak li jittamaw fih* se jaħrab bil-biżaʼ,U l-mexxejja tagħhom se jitwerwru minħabba l-arblu bħala sinjal,” jgħid Ġeħova,Li d-dawl* tiegħu hu f’Sijon u l-forn tiegħu f’Ġerusalemm.

