Isaija 22:1-25

  • Messaġġ taʼ ġudizzju dwar il-Wied tal-Viżjoni (1-14)

  • Eljakim jilħaq minflok il-prokuratur Sebna (15-25)

    • Musmar simboliku (23-25)

22  Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju dwar il-Wied tal-Viżjoni:* Xi ġralek biex in-nies kollha tiegħek telgħu fuq il-bjut?  2  Il-belt tiegħek kienet mimlija konfużjoni,Storbju, u kburija. Dawk li nqatlu ma nqatlux bix-xabla,Lanqas ma mietu fil-battalja.  3  Id-dittaturi kollha tiegħek ħarbu flimkien. In-nies qabduhom bħala priġunieri mingħajr ma użaw il-qaws. Dawk kollha li nstabu ttieħdu bħala priġunieri,Avolja kienu ħarbu ’l bogħod ħafna.  4  Għalhekk jien għedt: “Tħarsux lejja. U jien se nibki fuq li nibki. Tinsistux biex tfarrġuniMinħabba l-qerda tal-poplu tiegħi,*  5  Għax hija ġurnata taʼ konfużjoni, telfa, u panikuFil-Wied tal-viżjoni. Dan ġej mingħand is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati. Is-sur qed jitwaqqaʼ,U l-biki tan-nies għall-għajnuna qed jinstemaʼ mill-muntanja.  6  In-nies t’Għelam ġabru l-barżakka tal-vleġeġU saqu l-karrijiet u ż-żwiemel tal-gwerra,U n-nies taʼ Kir ippreparaw* it-tarka.  7  L-aqwa widien* tagħkomSe jkunu mimlijin bil-karrijiet tal-gwerra,Iż-żwiemel se jieħdu posthom f’bieb il-belt,  8  U se titneħħa l-protezzjoni taʼ Ġuda. “Dakinhar int se tafda fl-armi li jinżammu fid-Dar tal-Foresta, 9  u intom se taraw ħafna xquq kbar fil-Belt taʼ David u se tiġbru l-ilma mill-għadira t’isfel. 10  Intom se tgħoddu d-djar taʼ Ġerusalemm u se twaqqgħu d-djar biex issaħħu s-sur. 11  Se tagħmlu ġibjun bejn iż-żewġt iswar għall-ilma tal-għadira l-qadima, imma mhux se tafdaw fil-Ħallieq Grandjuż tagħha, u mhux se taħsbu fil-Wieħed li għamilha żmien twil ilu. 12  Dakinhar, is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati,Se jgħidilkom biex tibku u tkunu mdejqin,Biex tqaxxru xagħarkom u tilbsu l-ixkora. 13  Imma minflok, qed tiċċelebraw u tifirħu,Qed toqtlu l-baqar u n-nagħaġ,Qed tieklu l-laħam u tixorbu l-inbid. Intom tgħidu, ‘Ejja nieklu u nixorbu, għax għada se mmutu.’” 14  Imbagħad smajt lil Ġeħova tal-armati jgħid: “‘Dan l-iżball mhux se jinħafrilkom sakemm tmutu,’ jgħid is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati.” 15  Is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati jgħid: “Mur għand il-prokuratur Sebna, li jieħu ħsieb il-palazz, u għidlu, 16  ‘X’int tagħmel hawn, u xi dritt għandek biex tqattaʼ post għad-dfin tiegħek hawn?’ Hu qed iqattaʼ l-post tad-dfin tiegħu fuq għolja; hu qed iqattaʼ qabar għalih innifsu fi rdum. 17  ‘Ġeħova se jaqbdek qabda sew u jwaddbek ’l isfel b’mod vjolenti. 18  Hu żgur se jagħmlek kobba ssikkata u jwaddbek bħal ballun f’art kbira. Hemmhekk se tmut, u hemmhekk se jibqgħu l-karrijiet glorjużi tiegħek. Dan se jkun taʼ diżunur għad-dar tas-sid tiegħek. 19  U jien se nneħħik mill-post tiegħek u se nkeċċik mill-pożizzjoni li għandek. 20  “‘Dakinhar jien se nsejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljakim it-tifel taʼ Ħilkija, 21  u se llibbsu l-libsa tiegħek, u norbot sew madwaru t-terħa tiegħek, u nagħtih l-awtorità tiegħek. Hu se jkun bħal missier għan-nies li joqogħdu Ġerusalemm u għall-poplu taʼ Ġuda. 22  Jien se npoġġilu fuq spallejh iċ-ċavetta tad-dar taʼ David. Ħadd mhu se jagħlaq il-bibien li jiftaħ; u ħadd mhu se jiftaħ il-bibien li jagħlaq. 23  Jien se nsammru bħal musmar f’ħajt sod, u hu jsir bħala tron t’unur għad-dar taʼ missieru. 24  L-unur* kollu tad-dar taʼ missieru se jkun imdendel miegħu, u d-dixxendenti u t-tfal* se jistrieħu fuqu bħalma r-reċipjenti żgħar, ir-reċipjenti forma taʼ skutella, u l-ġarar kbar jistrieħu fuq il-musmar. 25  “Ġeħova tal-armati jgħid: ‘Dakinhar il-musmar li hu msammar f’ħajt sod se jitneħħa, jiġi mqaċċat, u jaqaʼ, u t-tagħbija li kellu fuqu se taqaʼ u titkisser, għax Ġeħova stess qalu dan.’”

Noti taʼ taħt

Milli jidher dan jirreferi għal Ġerusalemm.
Letteralment “it-tifla tal-poplu tiegħi.” Espressjoni poetika li forsi turi ħniena jew simpatija.
Jew “il-Mulej Sovran.”
Letteralment “kixfu.”
Jew “pjanuri baxxi.”
Letteralment “Il-piż.”
Jew “ir-rimjiet.”