Isaija 14:1-32
14 Għax Ġeħova se juri ħniena maʼ Ġakobb u jerġaʼ jagħżel lil Iżrael. Hu se jgħinhom jissetiljaw* fl-art tagħhom, u r-residenti barranin se jgħixu u jingħaqdu mad-dar taʼ Ġakobb.
2 U n-nies tal-popli se jiħduhom u jġibuhom lura fil-post tagħhom, u l-Iżraelin se jżommuhom bħala lsiera rġiel u nisa fl-art taʼ Ġeħova. L-Iżraelin se jieħdu lsiera lil dawk li huma kienu lsiera tagħhom, u jkunu fuq dawk li kienu jġegħluhom jaħdmu.
3 Dakinhar li Ġeħova jagħtikom mistrieħ mill-uġigħ u jeħliskom mill-inkwiet u mix-xogħol iebes li kellkom tagħmlu bħala lsiera,
4 intom se tgħidu dan il-proverbju* kontra r-re taʼ Babilonja:
“Kif spiċċa dak li ġiegħel lil oħrajn jaħdmu!
Spiċċat il-moħqrija!
5 Ġeħova kisser il-ħatar tal-ħżiena,Il-bastun tal-mexxejja,
6 Il-bastun taʼ dak li b’rabja ma jiqafx isawwat il-popli,Taʼ dak li jrażżan il-popli bir-rabja u b’persekuzzjoni li ma tiqafx.
7 L-art kollha qed tistrieħ u mingħajr problemi.
In-nies qed jgħajtu bil-ferħ.
8 Anki s-siġar tal-ġnibru u ċ-ċedri tal-LibanuJifirħu minħabba fik.
Huma jgħidu, ‘Minn mindu waqajt,Ħadd ma ġie biex jaqtagħna għall-injam.’
9 Anki l-Qabar* qed iħares ’il quddiemGħal meta tinżel hemm.
Minħabba fik, qajjem lil dawk li huma bla saħħa fil-mewt,Lill-mexxejja ħorox* kollha tal-art.
Dan iġiegħel lir-rejiet kollha tal-popli jqumu minn fuq it-tronijiet tagħhom.
10 Kollha kemm huma jgħidulek,‘Anki int sirt dgħajjef bħalna.
Sirt bħalna.
11 Il-kburija tiegħek u l-mużika li daqqewlekNiżlu fil-Qabar.*
Id-dud qiegħed mifrux taħtek bħal sodda,U l-ħniex qed jgħattik.’
12 Int li qisek stilla tiddi taʼ meta jisbaħ,Waqajt mis-sema.
Int li rbaħt lill-popli,Ġejt imwaddab mal-art.
13 Int għedt f’qalbek, ‘Se nitlaʼ fis-sema.
Se ngħolli t-tron tiegħi ’l fuq mill-istilel t’Alla,U se noqgħod bilqiegħda fuq il-muntanja fejn jagħtu qima,Fl-iktar postijiet ’il bogħod fit-Tramuntana.
14 Jien se nitlaʼ ’l fuq mis-sħab;Se nsir bħall-Iktar Għoli.’
15 “Minflok, int se titniżżel fil-Qabar,*Fl-iktar parti fonda tal-ħofra.
16 Dawk li jarawk se jiċċassaw lejk;Huma jifluk u jistaqsu,‘Dan ir-raġel li kien iriegħed l-art,Li ġiegħel is-saltniet jirtogħdu,
17 Li ġab id-dinja bħal deżertU rebaħ il-bliet tagħha?
Dan ir-raġel li ma riedx iħalli lill-priġunieri tiegħu jmorru d-dar?’
18 Ir-rejiet l-oħrajn kollha tal-popli,Iva, ilkoll kemm huma, ġew midfunin b’mod onorabbli,Kull wieħed fil-qabar tiegħu.
19 Imma int intremejt mingħajr ma ġejt midfun,Bħal fergħa* mibgħuda;Int mgħotti b’iġsma li nqatlu bix-xablaLi ġew mitfugħin f’ħofra mimlija ġebel,Bħal ġisem mejjet li jgħaddu minn fuqu.
20 Int mhux se tiġi midfun mar-rejiet,Għax qridt lill-pajjiż tiegħek stessU qtilt lill-poplu tiegħek stess.
Min se jiġi minn dawk li jagħmlu l-ħażen mhux se jibqaʼ jissemma.
21 Ippreparaw post fejn jinqatlu t-tfal tiegħuMinħabba l-ħtija taʼ missirijiethom,Ħalli ma jsirux b’saħħithom, jieħdu l-art f’idejhom,U jimlewha bil-bliet tagħhom.”
22 Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien se nattakkahom.”
Ġeħova jgħid: “U minn Babilonja se nneħħi lill-isem tagħha, lil kull min jibqaʼ fiha, lid-dixxendenti tagħha, u l-ġenerazzjonijiet kollha li jiġu wara.”
23 Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien nagħmilha post għall-porkuspini* u nimlieha bl-għadajjar, u jien se niknisha bl-ixkupa tal-qerda.”
24 Ġeħova tal-armati ħalef:
“Bħalma kelli f’moħħi se jiġri,U bħalma ddeċidejt se jseħħ.
25 Se nfarrak lill-Assirjan* fil-pajjiż tiegħi,U se ngħaffġu fuq il-muntanji tiegħi.
Il-madmad tiegħu mhux se jibqaʼ fuq il-poplu tiegħi,U t-tagħbija tiegħu se titneħħa minn fuq spallithom.”
26 Dan hu li ġie deċiż kontra l-art kollha,U din hi l-qawwa t’Alla li hu lest li juża biex jikkastiga lill-popli kollha.
27 Għax Ġeħova tal-armati ddeċieda dan,U min jistaʼ jfixklu?
Hu lest li juża l-qawwa tiegħu biex jikkastiga,U min jistaʼ jżommu lura?
28 Fis-sena li r-Re Aħaż miet, Alla ta dan il-messaġġ:
29 “Nies tal-Filistja, ħadd minnkom m’għandu jifraħ,Sempliċement għax tkisser il-bastun taʼ dak li kien isawwatkom.
Għax mis-serp* se joħroġ serp velenuż,U n-nisel tiegħu se jkun serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-nar.
30 It-tfal tal-batuti se jieklu sa ma jixbgħu,U l-foqra se jorqdu b’moħħhom mistrieħ.
Imma jien se noqtol lill-poplu* tiegħek bil-ġuħ,U dawk li jifdal minnek se jmutu.
31 Ibku ħdejn il-bieb! Għajtu fil-belt!
Kollha kemm intom se taqtgħu qalbkom, nies tal-Filistja!
Għax ġej ammont kbir taʼ suldati mit-Tramuntana,Huma bħal sħaba taʼ duħħan, u ħadd minnhom ma jinqataʼ għalih.”
32 Kif għandhom iwieġbu lill-messaġġiera tal-poplu?
Għandhom iwiġbuhom li Ġeħova qiegħed il-pedament taʼ Sijon,U li l-batuti tal-poplu tiegħu se jsibu protezzjoni fiha.
Noti taʼ taħt
^ Jew “jagħtihom il-mistrieħ.”
^ Jew “il-kliem li jwaqqaʼ għaċ-ċajt.”
^ Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “bdabad.”
^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “rimja.”
^ Dan hu annimal li għandu x-xewk u li jixbah lil qanfud.
^ Dan jirreferi għall-poplu Assirjan irrappreżentat mir-re u l-armata tiegħu.
^ Letteralment “mill-għerq tas-serp.”
^ Letteralment “l-għerq.”

