Ġob 9:1-35
9 Ġob wieġeb:
2 “Jien naf li dak li ntqal hu veru.
Imma kif jistaʼ bniedem ikollu raġun m’Alla?
3 Jekk xi ħadd ikun irid jargumenta m’Alla,*Se jkun jistaʼ jwieġbu mistoqsija minn elf?
4 Hu għaref* u b’saħħtu ħafna.
Min jistaʼ jiħodha kontrih u ma jweġġax?
5 Hu jċaqlaq* il-muntanji mingħajr ħadd ma jinduna;Hu jaqlibhom meta jkun irrabjat.
6 Hu jheżżeż l-art minn postha,B’hekk il-pedament tagħha jitriegħed.
7 Jikkmanda lix-xemx biex ma tiddixU jissiġilla d-dawl tal-istilel;
8 Hu jifrex is-semaU jirfes fuq il-mewġ għoli.
9 Hu għamel il-gruppi taʼ stilel As,* Kesil,* u Kima,*U l-gruppi taʼ stilel li qegħdin fin-Nofsinhar;*
10 Hu jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jistaʼ jifhimhom,Affarijiet mill-isbaħ li ħadd ma jistaʼ jgħoddhom.
11 Hu jgħaddi minn ħdejja u ma narahx,Jibqaʼ għaddej u ma nagħrfux.
12 Min jistaʼ jwaqqfu meta jieħu xi ħaġa?
Min jistaʼ jgħidlu, ‘X’qed tagħmel?’
13 Alla mhux se jżomm lura milli jirrabja;Anki dawk li jgħinu lil Raħab* se jmilu quddiem Alla.
14 Mela, kif nistaʼ nwieġbu?
Irrid noqgħod attent ħafna x’ngħid!
15 Imma lanqas li kieku kelli raġun, m’iniex se nwieġbu.
Kulma nistaʼ nagħmel hu li nitlob lill-imħallef tiegħi* jħenn għalija.
16 Jekk ngħajjatlu, se jwiġibni?
Jien ma nemminx li se jagħti kasi.
17 Hu jkissirni bil-problemi li jiġu fuqi bħal maltempataU jżidli t-tbatijiet tiegħi għalxejn b’xejn.
18 Lanqas nifs ma jagħtini,U jkompli jżidli l-uġigħ.
19 Jekk hemm xi ħadd b’saħħtu, huwa hu.
Fejn tidħol il-ġustizzja, min jistaʼ jgħid li hu żbaljat?
20 Li kieku kelli raġun, nibżaʼ li nikkundanna lili nnifsi;Anki li kieku kont bla ħtija,* hu jiddikjarani ħati.*
21 Anki kieku kont bla ħtija,* ma nafx x’se jiġri minni;Jien nobgħod* lil ħajti.
22 M’hemmx differenza. Huwa għalhekk li ngħid,‘Hu jeqred kemm lill-innoċenti* u kemm lill-ħżiena.’
23 Jekk tagħmel ħafna xita u jegħrqu n-nies,Hu jidħaq bl-istat ħażin li jkunu fih l-innoċenti.
24 L-art ingħatat lin-nies mill-agħar;Hu jagħlaq għajnejn* l-imħallfin, ħalli ma jiġġudikawx b’ġustizzja.
Jekk mhux Hu, allura min qed jagħmlu dan?
25 Ħajti għaddiet malajr iktar minn wieħed li jiġri f’tellieqa;Se tispiċċa mingħajr ma nkun gawdejt l-ebda ferħ.
26 Għaddiet malajr bħal dgħajjes tal-qasab,Bħal ajkla li tinżel sparata biex taqbad x’tiekol.
27 Jekk ngħid li se ninsa n-niket tiegħi,U mhux se nibqaʼ mdejjaq, imma se nkun ferħan,
28 Xorta nibżaʼ mill-uġigħ li għandi,U naf li mhux se tqisni innoċenti.
29 Jien se ninstab ħati.
Allura għala għandi nitħabat għalxejn?
30 Jekk ninħasel fl-ilma tal-borra,U naħsel idejja bis-sapun,
31 Int titfagħni f’ħofra bit-trab,Biex b’hekk anki ħwejġi jitqażżuni.
32 Għax hu mhux bniedem bħali biex inkun nistaʼ nwieġbu,U nkun nistaʼ ntellgħu l-qorti.
33 M’hemm ħadd li jistaʼ jagħmilha taʼ mħallef,*Li jiddeċiedi bejnietna.*
34 Jekk jieqaf jikkastigani*U ma jibqax iwerwirni,
35 Nitkellem miegħu bla biżaʼ taʼ xejnGħax normalment ma nibżax nagħmel dan.
Noti taʼ taħt
^ Jew “itellgħu l-qorti.”
^ Letteralment “għaref f’qalbu.”
^ Jew “ineħħi.”
^ Jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni l-Ors il-Kbir (Ursa Major).
^ Jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni Orjun.
^ Jistaʼ jirreferi għall-istilel Pleadi fil-kostellazzjoni Tawru.
^ Letteralment “U l-kmamar taʼ ġewwa tan-Nofsinhar.”
^ Jistaʼ jirreferi għal monstru kbir tal-baħar.
^ Jew forsi “lil dak li hu kontrija fil-liġi.”
^ Jew “leali lejn Alla.”
^ Letteralment “korrott.”
^ Jew “leali lejn Alla.”
^ Jew “ma rridx.”
^ Jew “lil-leali.”
^ Letteralment “jgħatti wiċċ.”
^ Letteralment “li jqiegħed idu fuqna t-tnejn.”
^ Jew “Li hu medjatur.”
^ Letteralment “Jekk ineħħi l-bastun tiegħu minn fuqi.”

