Ġob 25:1-6

  • It-tielet darba li jitkellem Bildad (1-6)

    • ‘Kif jistaʼ bniedem ikun innoċenti quddiem Alla?’ (4)

    • Jgħid li bniedem għalxejn ikun leali (5, 6)

25  Bildad is-Suħi wieġeb:  2  “Alla jmexxi u għandu qawwa tal-għaġeb;Hu ra li jkun hemm il-paċi fis-sema.*  3  Jistaʼ xi ħadd jgħodd l-armata* tiegħu? Fuq min ma jiddix id-dawl tiegħu?  4  Allura kif jistaʼ bniedem ikun ġust quddiem Alla,Jew xi ħadd li twieled minn mara jkun innoċenti?*  5  F’għajnejh, lanqas il-qamar ma jiddiU l-istilel mhumiex nodfa għalih.  6  Aħseb u ara l-bniedem, li qisu dudu,U bin il-bniedem, li qisu ħanex!”

Noti taʼ taħt

Letteralment “fl-għoli tiegħu.”
Tistaʼ tirreferi għall-anġli, ix-xemx, il-qamar, u l-istilel.
Jew “nadif.”