Ġob 30:1-31

  • Ġob jiddeskrivi kif inbidlet is-sitwazzjoni tiegħu (1-31)

    • Imwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies li ma jiswew għal xejn (1-15)

    • Jaħseb li Alla mhux jgħinu (20, 21)

    • “Il-ġilda tiegħi swiedet” (30)

30  “Imma issa rġiel iżgħar minni jidħqu bija,Irġiel li missirijiethom lanqas għal mal-klieb li jgħassuli l-merħlaMa kont narahom tajbin.  2  Dawn iż-żgħażagħ m’użawx is-saħħa tagħhom biex jgħinuni. L-enerġija tagħhom ġiet fix-xejn.  3  Huma spiċċaw bla saħħa minħabba l-ġuħ kbir li għandhom. Jomogħdu dak li jsibu f’art niexfa,Li diġà kienet saret ħerba u nqerdet.  4  Dawn jiġbru weraq mielaħ minn ġos-siġarU għeruq morri biex jikluhom.  5  Huma jitkeċċew mill-bliet;In-nies jgħajtu magħhom bħalma jgħajtu maʼ ħalliel.  6  Huma jgħixu fl-irdumijiet,*Ġo ħofor fl-art, u fil-blat.  7  Jgħajtu minn qalb is-siġarU jinġabru flimkien qalb il-ħurrieq.  8  Huma tkeċċew* mill-artBħan-nies boloh u li ma jiswew għal xejn.  9  Imma issa jwaqqgħuni għaċ-ċajt anki fil-kant tagħhom;Huma jidħqu bija. 10  Huma jobogħduni u jżommu ’l bogħod minni;Ma jiddejqux jobżquli f’wiċċi. 11  Peress li Alla għamilni dgħajjef* u umiljani,Ħaduha kontrija mingħajr ma ħasbuha darbtejn. 12  Huma jqumu kontrija biex jattakkawni mil-lemin;Iġegħluni naħrab u jagħlquli t-triq biex jeqirduni. 13  Huma jkissruli t-triqU jiggravaw il-problemi tiegħi,U ħadd ma jwaqqafhom.* 14  Huma jiġu bħallikieku minn ġo fetħa wiesgħa f’ħajt;Jiġu waqt li nkun f’sitwazzjoni gravi. 15  Taqbadni biżaʼ kbira;Id-dinjità tiegħi tittajjar mar-riħ bħat-trab,U t-tama tiegħi għall-għajnuna tisparixxi bħal sħaba. 16  Issa jien* se mmut;Qed inbati kuljum. 17  Billejl jaqbadni wġigħ kbir fl-għadam;*L-uġigħ ma jieqaf qatt. 18  Il-ħwejjeġ* tiegħi jinġibdu bis-saħħa;*Bħal għonq issikkat, jifgawni. 19  Alla tefagħni fil-ħama;Sirt trab u rmied. 20  Alla tiegħi, jien nitolbok għall-għajnuna, imma ma twiġibnix;Jien noqgħod quddiemek, imma int tibqaʼ tħares lejja. 21  Int ħadtha kontrija bi ħdura;Int tattakkani bil-qawwa kollha tiegħek. 22  Terfagħni u tkaxkarni mar-riħ;Imbagħad tħallini nixxejjer fil-maltempata.* 23  Għax jien naf li int se ġġegħelni mmut,U mmur fil-post fejn se jmur kulħadd. 24  Imma ħadd ma jeqred għalkollox lil raġel li ma jistaʼ jagħmel xejnHekk kif jgħajjat għall-għajnuna fi żmien taʼ niket. 25  Ma bkejtx jien għal min kien għaddej minn żmien diffiċli?* Ma ddispjaċinix jien* għal min hu fqir? 26  Jien xtaqt inkun ferħan, imma batejt ħafna;Stennejt li se nara d-dawl, imma esperjenzajt id-dlam. 27  Jien inbati kuljum;Jien ansjuż u inkwetat ħafna. 28  Nimxi ’l hemm u ’l hawn b’qalbi sewda; inħossni ddisprat. Inqum fil-folla u ngħajjat għall-għajnuna. 29  Il-klieb slavaġ saru qishom ħuti,U n-ngħam* saru l-ħbieb tiegħi. 30  Il-ġilda tiegħi swiedet u waqgħet;L-għadam tiegħi sar jaħraq bis-sħana.* 31  L-arpa tiegħi tintuża biss għaż-żmien taʼ dwejjaq,U l-flawt tiegħi jintuża biss mal-ħoss tal-biki.

Noti taʼ taħt

Jew “fil-widien.”
Jew “tkeċċew bis-swat.”
Letteralment “ħall il-korda tal-qaws tiegħi.”
Jew forsi “U ħadd ma jgħinhom.”
Jew “ruħi.”
Letteralment “l-għadam tiegħi jittaqqab minn naħa s’oħra.”
Dan jistaʼ jirreferi għall-ġilda.
Jew forsi “It-tbatija tiegħi tant hi gravi li tisfigurani.”
Jew forsi “ġġibni fix-xejn b’tisbita.”
Jew “min ikollu ġurnata iebsa?”
Jew “ruħi.”
Jiġifieri ostriches.
Jew forsi “bid-deni.”