Ġob 39:1-30

  • Il-ħolqien tal-annimali juri l-injoranza tal-bniedem (1-30)

    • Il-mogħoż tal-muntanji u ċ-ċriev (1-4)

    • Il-ħmar salvaġġ (5-8)

    • Il-barri salvaġġ (9-12)

    • In-nagħma (13-18)

    • Iż-żiemel (19-25)

    • Il-falkun u l-ajkla (26-30)

39  “Taf meta jwelldu l-mogħoż tal-muntanji? Ġieli rajt iċ-ċriev iwelldu?  2  Taf kemm-il xahar idumu tqal? Taf meta jwelldu?  3  Huma jitbaxxew meta jkunu se jwelldu liż-żgħar tagħhom,U ma jibqax ikollhom l-uġigħ tal-ħlas.  4  Iż-żgħar tagħhom isiru b’saħħithom u jikbru fis-salvaġġ;Huma jitilqu u ma jerġgħux lura għandhom.  5  Min ħeles lill-ħmar salvaġġ,U min ħall il-ħbula tiegħu?  6  Jien tajtu d-deżert bħala d-dar tiegħuU l-art li fiha l-melħ bħala l-post fejn joqgħod.  7  Hu jevita l-istorbju tal-belt;U ma jismax il-leħen taʼ dak li jikkmandah biex jaħdem.  8  Idur fl-għoljiet biex jirgħaU jfittex kull tip taʼ ħaxix.  9  Il-barri salvaġġ se jħallik taħdem bih? Se jqattaʼ l-lejl fl-istalla* tiegħek? 10  Tistaʼ torbot barri salvaġġ biex taħrat bih,Jew se jiġi warajk fil-wied biex jaħrat? 11  Se tafda fis-saħħa kbira tiegħuU tħallih jagħmel xogħol iebes għalik? 12  Se tistrieħ fuqu biex iġiblek il-ħsad* tiegħek id-dar? U se jiġbru hu fil-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali?* 13  In-nagħma* tħabbat ġwinħajha bil-ferħ,Imma jistgħu ġwinħajha jitqabblu maʼ taċ-ċikonja? 14  Hi tħalli l-bajd tagħha mal-artU żżommhom sħan fit-trab. 15  Hi tinsa li xi ħadd jistaʼ jgħaffiġhom,Jew li jistaʼ jgħaddi minn fuqhom xi annimal salvaġġ. 16  Hi tittratta ħażin lill-frieħ tagħha, bħallikieku mhumiex tagħha;Ma jimpurtahiex jekk tkun biedet għalxejn. 17  Għax Alla la taha* l-għerfU lanqas l-abbiltà li tifhem. 18  Imma meta tqum u tħabbat ġwinħajha biex taħrab,Hi tidħaq biż-żiemel u b’dak li jkun riekeb fuqu. 19  Jaqaw int tagħti s-saħħa liż-żiemel,Jew tlibbislu għonqu b’xagħar twil? 20  Tistaʼ ġġiegħlu jaqbeż bħal ġurat? L-infiħ qawwi tiegħu hu tat-twerwir. 21  Hu jagħti b’saqajh fil-wied u jifraħ bil-qawwa tiegħu;Hu jidħol għall-battalja.* 22  Ma jiddejjaqx mill-periklu u ma jibżaʼ minn xejn. U lanqas idur lura minħabba x-xabla. 23  Il-barżakka tal-vleġeġ iċċekċek xħin tħabbat miegħu,U l-lanza tleqq meta jiġi d-dawl fuqha. 24  Hu jitriegħed bl-eċitament u jiġri ’l quddiem,*M’għandux paċenzja joqgħod wieqaf mal-ħoss tal-qarn.* 25  Meta jindaqq il-qarn hu jiżher. Ixomm il-battalja mill-bogħod,U jismaʼ l-għajjat tal-kmandanti u l-ħoss tal-battalja. 26  Jaqaw int għallimtu l-falkun itirU jiftaħ il-ġwienaħ lejn in-Nofsinhar? 27  Jew hu bil-kmand tiegħek li l-ajkla ttir ’il fuqU tagħmel il-bejta fl-għoli? 28  Hi tqattaʼ l-lejl fuq l-irdumU tgħix f’post protett fuq blata.* 29  Minn hemm hi tfittex l-ikel;Għajnejha jħarsu fil-bogħod. 30  Il-frieħ tagħha jixorbu d-demm;U fejn ikun hemm xi ħaġa maqtula, hemm tkun hi.”

Noti taʼ taħt

Jew “fil-maxtura.”
Letteralment “iż-żerriegħa.”
Jew “fil-qiegħa tad-dris.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jiġifieri ostrich.
Letteralment “nessieha.”
Letteralment “joħroġ jiltaqaʼ mal-armi.”
Letteralment “u jiblaʼ l-art (id-dinja).”
Jew forsi “Ma jistax jemmen il-ħoss tal-qarn.”
Letteralment “fuq is-sinna taʼ blata.”