Ġob 6:1-30

  • It-tweġiba taʼ Ġob (1-30)

    • Jgħid li għandu raġun igerger (2-6)

    • Il-ħbieb tiegħu huma qarrieqa (15-18)

    • “Il-verità ma tweġġax!” (25)

6  Imbagħad Ġob wieġeb:  2  “Mank l-uġigħ tiegħi jintiżen għalkollox,U jitpoġġa fuq il-miżien mal-inkwiet tiegħi!  3  Għax issa hu itqal mir-ramel tal-baħar. Huwa għalhekk li tkellimt bla ħsieb.  4  Għax il-vleġeġ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox nifduni,U jien qed nixrob il-velenu tagħhom;Alla qed jattakkani u jien qed nibżaʼ ħafna.  5  Ħmar salvaġġ mhux se jgħajjat bil-ġuħ jekk ikollu l-ħaxix,U l-barri mhux se jgħajjat għall-ikel jekk ikollu l-għalf quddiemu.  6  Jistaʼ xi ħadd jiekol xi ħaġa bla togħma mingħajr ma jżid il-melħ? Jew se jieħu gost jiekol xi ħaġa bla togħma taʼ xejn?  7  Jien* ma rridx immiss ikel bħal dan. Għax hu bħal ikel ikkontaminat għalija.  8  Mank titwieġeb it-talba tiegħiU Alla jagħtini dak li nixtieq!  9  Mhux li kien Alla jgħaffiġni,U joqtolni b’idu stess! 10  Kieku anki hekk inħossni aħjar;U naqbeż bil-ferħ avolja l-ħin kollu muġugħ,Għax jien qatt ma rrifjutajt dak li jgħid il-Qaddis. 11  Għandi jien is-saħħa biex nibqaʼ nistenna? U hemm xi tama għalija biex nibqaʼ ħaj?* 12  Għandi jien saħħa bħall-blat? Jew hu laħmi tar-ram? 13  Hemm xi mod kif nistaʼ ngħin lili nnifsi,La m’hawn ħadd jappoġġani? 14  Kull min ma jurix imħabba u lealtà* maʼ sieħbu,Mhux se jibqaʼ jirrispetta lil* Dak li Jistaʼ Kollox. 15  Il-ħbieb tiegħi* stess qarrqu bija bħal wied fix-xitwa,Bħall-ilma tal-widien li mbagħad jinxef. 16  Minħabba li qed idubu s-silġ u l-borra,L-ilma hu mdardar. 17  Imma fis-sajf, il-widien ma jibqgħux bl-ilma u jiġu fix-xejn;Meta jkun hemm is-sħana, jinxfu. 18  L-ilmijiet tagħhom jibdlu r-rotta;Jgħaddu mid-deżert u jiġu fix-xejn. 19  Grupp taʼ nies minn Tema qed ifittxuhom,Dawk li qed jivvjaġġaw minn Xeba qed jistennewhom. 20  Huma jistħu għax kienu ċerti li se jsibu l-ilma;Jaslu hemm u jkunu ddiżappuntati. 21  Intom hekk sirtu għalija;Rajtu l-gwaj kbir li ġie fuqi, u bżajtu. 22  Tlabtkom jien xi ħaġa,Jew għedtilkom biex tagħtuni rigal mill-ġid tagħkom? 23  Tlabtkom jien biex issalvawni mill-għedewwa tiegħi,Jew biex teħilsuni* minn dawk li jaħqruni? 24  Għallmuni, u noqgħod kwiet;Għinuni nifhem x’għamilt ħażin. 25  Il-verità ma tweġġax! Imma x’tiswa l-kritika tagħkom? 26  Jaqaw qed tiftiehmu bejnietkom biex tikkritikaw dak li ngħid jien,Raġel iddisprat li l-kliem tiegħu jtir mar-riħ? 27  Intom lesti li titfgħu x-xorti fuq orfni biex taraw taʼ min se jkun ilsir,U lesti li tbigħu l-ħabib tagħkom stess! 28  Mela issa duru u ħarsu lejja,Għax jien mhux se nigdbilkom. 29  Jekk jogħġobkom, erġgħu aħsbuha u tiġġudikawnix b’mod ħażin;Iva, erġgħu aħsbuha għax jien għadni raġel sew. 30  Taħsbu li qed nigdeb,Jew li ma nistax ninduna li hemm xi ħaġa ħażina?

Noti taʼ taħt

Jew “Ruħi.”
Jew “intawwal ħajti (ruħi).”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “Ħuti.”
Letteralment “tifduni.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.