Ġob 4:1-21

  • L-ewwel darba li jitkellem Elifaż (1-21)

    • Iwaqqaʼ għaċ-ċajt il-lealtà taʼ Ġob (7, 8)

    • Jgħid x’qallu spirtu (12-17)

    • ‘Alla lanqas biss jafda l-qaddejja tiegħu’ (18)

4  Elifaż it-Temani mbagħad wieġbu:  2  “Jekk xi ħadd jipprova jkellmek, se tkun lest li tisimgħu? Għax kif tistaʼ ma titkellimx?  3  Veru, int għallimt lil ħafna,U kont issaħħaħ lil min kien dgħajjef.  4  Kliemek kien jgħin lil dawk li jitfixklu,U kont issaħħaħ lil dawk li kellhom bżonn l-għajnuna.  5  Imma issa int ġejt fl-inkwiet, u ma tiflaħx għalih;Qed tgħaddi minnu u qed tħossok skuraġġit.  6  Jekk għandek rispett lejn Alla, kif ma tafdax fih? U jekk int leali lejh, kif m’għandekx tama?  7  Taf lil xi ħadd innoċenti li miet qabel iż-żmien? Jew lil xi ħadd sewwa li nqered?  8  Li naf hu li min iħawwel dak li hu taʼ ħsaraU min jiżraʼ l-inkwiet mhux se jaħsad xi ħaġa tajba.  9  Huma jmutu meta Alla jibgħat riħ qawwi fuqhom,U jeqridhom bir-rabja tiegħu. 10  L-iljun jistaʼ jgħajjat kemm jiflaħ,Imma anki s-snien taʼ ljuni b’saħħithom jinkisru. 11  Iljun imut jekk ma jaqbadx x’jiekol,U l-frieħ tiegħu ma jibqgħux flimkien. 12  Ġie xi ħadd ikellimni bil-moħbi,U qalli xi ħaġa f’widnejja. 13  Billejl meta n-nies jorqdu fil-fond,Jien kelli viżjonijiet li inkwetawni. 14  Qabditni rogħda kbira,U mtlejt bil-biżaʼ. 15  Għadda spirtu minn quddiemiU ġismi qam xewk xewk. 16  Imbagħad waqaf,Imma jien m’għaraftux. Kien hemm xi ħaġa quddiem għajnejja;Imbagħad waqgħet kalma, u smajt: 17  ‘Jistaʼ bniedem ikun iktar ġust minn Alla? Jistaʼ bniedem ikun aħjar minn Dak li Ħalqu?’ 18  Hu lanqas biss jafda l-qaddejja tiegħu. Hu jsib xi jgħid anki fl-anġli* tiegħu. 19  Aħseb u ara kemm se jafda lil dawk li jgħixu fi djar tat-tafal,Li huma mibnijin fuq it-trab,Li jitfarrku faċilment bħal farfett! 20  Filli jkunu ħajjin u filli jmutu;Jinqerdu għal dejjem u ħadd ma jinduna. 21  Dawn in-nies huma bħal tinda li jitneħħielha l-ħabel. Imutu mingħajr ma jkollhom għarfien.

Noti taʼ taħt

Jew “fil-messaġġiera.”