Ġob 29:1-25

  • Ġob jiftakar fiż-żmien sabiħ li kellu qabel il-provi (1-25)

    • Irrispettat f’bieb il-belt (7-10)

    • Kif kien jaġixxi b’ġustizzja (11-17)

    • Kulħadd kien jismaʼ l-pariri tiegħu (21-23)

29  Ġob kompla jgħid:  2  “Kemm nixtieq immur lura fix-xhur taʼ qabel,Meta Alla kien jipproteġini,  3  Meta xegħel lampa fuqiWaqt li mxejt fid-dlam,  4  Meta kont iżgħar u iktar b’saħħti,Meta Alla kien ħabib kbir tiegħi u kien fit-tinda miegħi,  5  Meta Dak li Jistaʼ Kollox kien għadu miegħi,U t-tfal* tiegħi kienu madwari,  6  Meta l-imrieħel tiegħi kienu jipproduċu ħafna ħalib,U kelli abbundanza taʼ żejt taż-żebbuġa.  7  Fiż-żmien meta kont immur ħdejn bieb il-belt,U npoġġi fil-pjazza,  8  Iż-żgħażagħ kienu jarawni u jersquli b’rispett,*U l-irġiel akbar fl-età kienu jqumu u joqogħdu bilwieqfa.  9  Il-kapijiet kienu jieqfu milli jitkellmu,U jgħattu ħalqhom. 10  L-irġiel importanti ma kienu jgħidu xejn,Lanqas kelma ma kienet toħroġ minn ħalqhom. 11  Kull min kien jismagħni tkellem tajjeb dwari,U dawk li kienu jarawni qabżu għalija. 12  Għax jien kont insalva lill-fqir li kien jgħajjat għall-għajnuna,Lill-orfni,* u lil kull min ma kellux min jgħinu. 13  Min kien wasal biex imut, kien iberikni,U bl-għajnuna li kont nagħti, ferraħt lir-romol. 14  Dejjem kont naġixxi bil-ġustizzja;Id-deċiżjonijiet tiegħi dejjem ħadthom b’mod ġust. 15  Jien sirt bħal għajnejn għal min ma jaraxU saqajn għal min izappap. 16  Jien kont bħal missier għall-foqra;Kont ninvestiga l-każ taʼ nies li ma nafhomx biex ngħinhom. 17  Jien kont inwaqqaf lill-ħażin, li hu bħal annimal salvaġġ,U nsalva l-vittmi tiegħu. 18  Kont ngħid, ‘Jien se mmut f’dari stess,*U l-jiem li se ngħix se jkunu daqs ir-ramel tal-baħar. 19  Se nkun bħal siġra li l-għeruq tagħha jinżlu sal-ilma,U li jkollha n-nida fuq il-friegħi tagħha l-lejl kollu. 20  In-nies dejjem se jonorawni,U dejjem se nibqaʼ b’saħħti.’* 21  In-nies kienu jistennew biex jaraw x’se ngħid,Jistennew bil-kwiet biex jisimgħu l-pariri tiegħi. 22  Wara li kont nitkellem jien, ma kienx ikollhom xi jżidu. Huma kienu jieħdu pjaċir b’dak li ngħid. 23  Huma kienu jistennewni bħalma jistennew ix-xita,U jħarsu ’l quddiem biex jisimgħu x’kont se ngħid Bħalma jistennew ix-xita tar-rebbiegħa. 24  Meta kont nitbissmilhom, lanqas kienu jemmnu;U meta jarawni ferħan, kienu jagħmlu kuraġġ.* 25  Kont niggwidahom bħala l-kap tagħhom;Kont qisni re li jgħix fost is-suldati tiegħu,U kont infarraġ lil min imutlu xi ħadd.

Noti taʼ taħt

Jew “il-qaddejja.”
Letteralment “jinħbew.”
Letteralment “Lit-tifel bla missier.”
Letteralment “fil-bejta tiegħi.”
Jew “dejjem se nibqaʼ nispara bil-qaws.”
Jew forsi “Huma ma neħħewlix il-ferħ minn fuq wiċċi.”