Ġob 12:1-25
12 Imbagħad Ġob wieġeb:
2 “Żgur li intom għorrief ħafna!
Meta tmutu ma jibqaʼ ħadd iktar għaref!
3 Imma anki jien għandi ħafna għarfien.*
M’għandi xejn inqas minnkom.
Min ma jafhomx dawn l-affarijiet li għedtu?
4 Sħabi jgħaddu ż-żmien bija,Għax nitlob lil Alla u nistenna tweġiba mingħandu.
Huma jgħaddu ż-żmien b’xi ħadd tajjeb u bla ħtija bħali.
5 Min m’għandux inkwiet jaħseb li mhu se jiġrilu xejn.
Hu jaħseb li affarijiet ħżiena jiġru biss lil dawk li diġà għandhom il-problemi.*
6 Il-ħallelin jgħixu fil-paċi fid-djar tagħhom,U dawk li jirrabjaw lil Alla huma moħħhom mistrieħBħal dawk li jġorru l-allat tagħhom f’idejhom.
7 Issa jekk jogħġbok, staqsi lill-annimali, u jgħallmuk;Staqsi lill-għasafar, u jgħidulek.
8 Osserva* l-ħlejjaq tal-art, u dawn jgħallmuk;Osserva l-ħut u juruk il-verità.
9 Min fost dawn kollha ma jafxLi ġie maħluq minn Ġeħova?
10 Il-ħajja taʼ kull ħaġa* hi f’idejhU anki n-nifs* taʼ kull bniedem.
11 Il-widna teżamina l-kliemBħalma l-ilsien itiegħem l-ikel.
12 Dawk li huma kbar fl-età huma għorrief,U dawk li għexu ħajja twila kapaċi jifhmu.
13 Alla hu għaref u b’saħħtu;Hu kapaċi jifhem u se jagħmel dak li jrid hu.
14 Meta jwaqqaʼ xi ħaġa, ma tistax terġaʼ tinbena;Dak li jagħlaq hu, ħadd ma jistaʼ jiftħu.
15 Meta jwaqqaf ix-xita, kollox jinxef;Meta jħalliha tinżel, tgħerreq kulm’hemm.
16 Hu b’saħħtu u għaref;Għandu awtorità fuq min jiġi mqarraq u fuq min iqarraq;
17 Hu jumilja* lill-għorrief,U jwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-imħallfin.
18 Lir-rejiet jiħdilhom l-awtorità,U jlibbishom ħwejjeġ taʼ lsiera.
19 Hu jumilja lill-qassisin,U lil dawk fl-awtorità jneħħihom mill-pożizzjoni tagħhom.
20 Hu jagħlaq ħalq dawk fdati li jagħtu l-pariri,Ineħħi l-għerf taʼ dawk kbar fl-età.*
21 Hu jumilja lill-mexxejja,U jdgħajjef lil dawk li għandhom il-qawwa.*
22 Hu jikxef l-affarijiet moħbijin fid-dlam,U jitfaʼ d-dawl fuq postijiet mudlama.
23 Ikabbar il-popli biex imbagħad jeqridhom;Iħallihom isiru b’saħħithom biex b’hekk jagħmilhom ilsiera.
24 Lill-mexxejja tan-nies jiħdilhom l-abbiltà li jifhmu*U jġegħelhom iduru u jagħqdu fid-deżert.
25 Huma jduru u jagħqdu qishom qed ifittxu xi ħaġa fid-dlam;Hu jġegħelhom iduru ’l hemm u ’l hawn qishom fis-sakra.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “qalb.”
^ Letteralment “dawk li saqajhom mhumiex sodi.”
^ Jew forsi “Kellem.”
^ Jew “Ir-ruħ tal-ħajjin kollha.”
^ Letteralment “l-ispirtu.”
^ Jew “Hu jiħdilhom kull ħaġa li għandhom.”
^ Jew “tal-anzjani.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “iħoll iċ-ċinturin taʼ dawk b’saħħithom.”
^ Letteralment “qalbhom.”

