Ġob 3:1-26

  • Ġob igerger dwar il-ġurnata li twieled (1-26)

3  Kien wara dan li Ġob beda jitkellem u jisħet il-ġurnata taʼ meta twieled. 2  Hu qal:  3  “Nixtieq li l-ġurnata taʼ meta twilidt qatt ma waslet,U lanqas il-lejl meta xi ħadd qal, ‘Twieled tifel!’  4  Ħa tinbidel fi dlam dik il-ġurnata. Ħa jinsieha Alla;U ma jkunx hemm dawl fiha.  5  Ħalli d-dlam ċappa* jieħu lura dik il-ġurnata. Ħalli s-sħab tax-xita jgħattiha. Ħalli taqaʼ dalma tal-biżaʼ fuq dik il-ġurnata.  6  Ħa jkun hemm dlam ċappa dak il-lejl;Ħa ma jkunx hemm ferħ dakinhar;Ħa ma jkunx jeżisti dak il-jum fost il-ġranet tax-xahar.  7  Kien ikun aħjar li ħadd ma twieled dak il-lejl;Ħa ma jkunx hemm ferħ dakinhar.  8  Ħa jisħtuh dawk li jisħtu l-ġurnata,Dawk li lesti li jqajmu l-Levjatan.*  9  Ħa jiddallmu l-istilel taʼ dak il-lejl;Ħa ma jisbaħx filgħoduU ma jkunx hemm raġġi taʼ tlugħ ix-xemx. 10  Għax ommi wellditni dakinhar;U jien qed niffaċċja l-inkwiet. 11  Għala ma mittx f’żaqq ommi? Għala ma mittx jien u nitwieled? 12  Ommi għalfejn refgħetniU għala tatni nixrob? 13  Għax kieku mitt kont inkun mimdud għall-kwiet;Kieku qiegħed rieqed u mistrieħ 14  Mar-rejiet tad-dinja u dawk li jagħtuhom il-pariri,Li bnew għalihom postijiet li issa huma meqruda, 15  Jew mal-prinċpijiet* li kellhom id-deheb,Li d-djar tagħhom kienu mimlijin bil-fidda. 16  Għala ommi ma korrietx meta kienet tqila bija,U kont inkun bħat-tfal li qatt ma raw id-dawl? 17  Fil-qabar anki l-ħżiena ma jibqgħux jinkwetaw,U l-għajjenin jistrieħu. 18  Hemmhekk il-ħabsin jistrieħu flimkien;U ħadd ma jisforzahom biex jaħdmu. 19  Hemmhekk is-sinjuri u l-foqra huma l-istess,U l-ilsir hu meħlus minn sidu. 20  Għala Alla jħalli ħaj lil min qed ibatiU lil dawk li għandhom inkwiet kbir?* 21  Għala dawk li jixtiequ jmutu ma jmutux? Huma jfittxu l-mewt iktar milli jfittxu għal teżori moħbija. 22  Huma jifirħu meta jmorru fil-qabar,Iva, jifirħu ħafna. 23  Għala Alla jagħti d-dawl lil xi ħadd li ntilef,Biex imbagħad ma jħallilux minn fejn jgħaddi? 24  Il-qrid tiegħi sar bħal ikel għalija,Il-biki tiegħi hu bħal xmara. 25  Għax qed ngħaddi minn dak li jkexkixni,U qed nesperjenza dak li jbeżżagħni. 26  Ma kellix paċi, kwiet, jew mistrieħ,Imma problemi biss.”

Noti taʼ taħt

^ Jew “id-dlam u d-dell tal-mewt.”
^ Mifhum li jirreferi għall-kukkudrill jew annimal ieħor tal-ilma kbir u b’saħħtu.
^ Jew “mal-uffiċjali ta’ pożizzjoni għolja.”
^ Jew “ruħhom kollha mrar.”