Ġob 5:1-27
5 “Jekk tgħajjat għall-għajnuna, hemm xi ħadd iwieġbek?
Lejn liema anġlu se ddur għall-għajnuna?
2 Għax ir-rabja se toqtol lill-iblah,U l-għira toqtol lil min jemmen kollox.
3 Jien rajt l-iblah jirnexxi,Imma f’daqqa waħda d-dar tiegħu tiġi misħuta.
4 It-tfal tiegħu qegħdin fil-periklu.
Huma jiġu umiljati f’bieb il-belt, u ħadd ma jsalvahom.
5 Dak li jaħsad hu, jikolhulu min hu bil-ġuħ,Anki dak li jikber qalb ix-xewk.
Kulma għandhom jittiħdilhom.
6 L-affarijiet taʼ ħsara ma jinbtux bħall-ħaxix ħażin,U l-inkwiet ma joħroġx mill-ħamrija.
7 Bħalma hu żgur li n-nar jaħraq,Il-ħajja taʼ bniedem hi mimlija inkwiet.
8 Imma kieku minnek, indur lejn AllaU nippreżenta l-każ tiegħi quddiemu,
9 Quddiem il-Wieħed li għamel affarijiet kbar u li ħadd ma jistaʼ jifhimhom,Affarijiet mill-isbaħ li ħadd ma jistaʼ jgħoddhom.
10 Hu jibgħat ix-xita fuq l-artU jibgħat l-ilma fl-għelieqi.
11 Hu jtellaʼ fl-għoli lil dawk umiljati,U jsalva lill-iskuraġġiti.
12 Hu jfixkel il-pjanijiet tal-makakki,Biex ma jirnexxilhomx jagħmlu dak li jridu.
13 Hu jwaqqaʼ lill-għorrief fin-nases tagħhom stess,Biex b’hekk il-pjanijiet tagħhom jitħarbtu.
14 Huma mdawrin bid-dlam matul il-ġurnata,U fl-aqwa tax-xemx isiru bħal nies li qed ifittxu affarijiet fid-dlam.
15 Hu jsalva lin-nies minn dawk li lsienhom jaqtaʼ bħal xabla,U lill-foqra minn dawk li jaħqruhom.
16 B’hekk, ikun hemm tama għal dawk batuti,Imma dawk li mhumiex ġusti jkollhom jagħlqu ħalqhom.
17 Ferħan hu l-bniedem li Alla jikkoreġih;Għalhekk, tirrifjutax id-dixxiplina taʼ Dak li Jistaʼ Kollox!
18 Għax hu jweġġaʼ lin-nies, imma jinfaxxa l-ġrieħi;Hu jkisser, imma hu stess ifejjaq.
19 Hu jeħilsek mill-inkwiet għal darba wara l-oħra,Anki jekk tgħaddi mill-inkwiet sitta jew sebaʼ darbiet.
20 Hu jsalvak mill-mewt meta jkun hemm il-ġuħ,U jeħilsek mill-qawwa tax-xabla matul il-gwerra.
21 Alla jipproteġik minn kliem li jweġġaʼ,U int mhux se tibżaʼ meta tiġi l-qerda.
22 M’intix se tinkwieta minħabba l-qerda u l-ġuħ,U mhux se jkollok għalfejn tibżaʼ mill-annimali slavaġ.
23 L-għalqa tiegħek mhux se tkun mimlija ġebel,*U l-annimali slavaġ mhux se jagħmlulek ħsara.
24 Int se tkun fil-paċi fit-tinda tiegħek.
Meta tmur tiċċekkja l-merħla tiegħek, se tara li m’hemm xejn nieqes.
25 Int se jkollok ħafna tfal,Se jkollok ħafna li jiġu minnek, daqs il-ħaxix tal-art.
26 Int se tmut meta tkun għadek b’saħħtek,Bħall-qatet tal-qamħ li jinġabru fi żmienhom.
27 Aħna ċċekkjajna dan u hekk hu.
Aħseb dwaru u aċċettah.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “Int ikollok patt (ftehim) mal-ġebel tal-għalqa tiegħek.”