Ġob 23:1-17
23 Ġob wieġeb:
2 “Anki llum se nibqaʼ ngerger;*Minħabba l-qrid tiegħi m’għandix iktar saħħa.
3 Kemm nixtieq kont naf fejn insib lil Alla!
Kieku mmur fejn joqgħod.
4 Kieku ngħidlu għala jien innoċentiU nurih il-fatti kollha biex niddefendi lili nnifsi;
5 Kieku nismaʼ t-tweġiba tiegħu,U noqgħod attent għal dak li jgħidli.
6 Kien hu se jiħodha kontrija billi juża l-qawwa kbira tiegħu?
Le, żgur li kien se jagħti kasi.
7 Imbagħad il-ġust se jkun jistaʼ jirranġa m’Alla,U l-Imħallef tiegħi jeħlisni darba għal dejjem.
8 Imma jekk immur lejn il-Lvant, hu ma jkunx hemm;U jekk immur lejn il-Punent, ma nsibux.
9 Meta jkun qed jaħdem lejn it-Tramuntana, ma narahx;Imbagħad idur lejn in-Nofsinhar, imma xorta ma narahx.
10 Imma hu jaf x’għamilt.
U wara li jittestjani, jien se nsir bħad-deheb pur.
11 Jien imitajtu kemm stajt f’dak li jagħmel;U bqajt nobdih.
12 Jien ma tlaqtx il-kmandamenti li tani.
Jien ħabbejt it-tagħlim tiegħu iktar milli kien mistenni minni.
13 Min jistaʼ jwaqqfu jekk jiddeċiedi li jagħmel xi ħaġa?
Dak li jixtieq* jagħmel, se jagħmlu.
14 Hu se jagħmel dak li kellu f’moħħu għalija,U għandu ħafna affarijiet f’moħħu għalija.
15 Huwa għalhekk li jien ansjuż minħabba fih;Meta naħseb dwaru, jien nibżaʼ ħafna.
16 Alla qatagħli qalbi,U Dak li Jistaʼ Kollox ġegħelni nibżaʼ.
17 Imma lanqas id-dlam ċappa ma sikkitni,Avolja qed jgħattili wiċċi.

