Ġob 26:1-14

  • It-tweġiba taʼ Ġob (1-14)

    • “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef!” (1-4)

    • ‘Alla jdendel id-dinja fuq ix-xejn’ (7)

    • ‘Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel Alla’ (14)

26  Ġob wieġeb:  2  “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef! U b’kemm salvajt lil dak bla saħħa!  3  X’parir tajjeb tajtu lil dak li m’għandux għerf! Kemm kont ħafif biex turi s-sens komun* tiegħek!  4  Maʼ min qed tipprova titkellem? U min ispirak biex tgħid dawn l-affarijiet?*  5  Il-mejtin, li ma jistgħu jagħmlu xejn, jirtogħdu quddiem Alla;Huma qegħdin ħafna iktar ’l isfel mill-ilmijiet u dak li hemm fihom.  6  Fil-Qabar* m’hemm xejn moħbi minn Alla,Hu jara kollox fil-post tal-qerda.*  7  Hu firex is-sema* fuq il-vojt,Dendel id-dinja fuq ix-xejn;  8  Hu jgeżwer l-ilmijiet fis-sħab tiegħuB’tali mod li s-sħab ma jinfaqax bit-toqol.  9  Hu jgħatti t-tron tiegħuBilli jpoġġi s-sħaba tiegħu quddiemu. 10  Hu għamel linja* bejn is-sema u l-baħar,Hu fired id-dawl mid-dlam. 11  Il-kolonni tas-sema jitheżżuU jirtogħdu meta jgħolli leħnu. 12  Hu jċaqlaq il-baħar bis-saħħa tiegħu,U bl-għerf tiegħu jfarrak lill-monstru tal-baħar.* 13  Bin-nifs* tiegħu jneħħi s-sħab mis-sema. Hu joqtol is-serp li diffiċli biex taqbad.* 14  Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel,Tikka żgħira smajna dwaru! Allura min jistaʼ jifhem kif jagħmel ir-ragħad qawwi?”

Noti taʼ taħt

^ Jew “l-għerf prattiku.”
^ Letteralment “U taʼ min hu n-nifs (l-ispirtu) li ħareġ minnek?”
^ Jew “F’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “f’Abaddon.”
^ Letteralment “it-Tramuntana.”
^ Jew “immarka l-orizzont.” Letteralment “ċirku.”
^ Letteralment “lil Raħab.”
^ Jew “Bir-riħ.”
^ Jew “li jitkaxkar ħelu ħelu.”