Ġob 22:1-30

  • It-tielet darba li jitkellem Elifaż (1-30)

    • ‘Jistaʼ bniedem ikun taʼ benefiċċju għal Alla?’ (2, 3)

    • Jakkuża lil Ġob li hu rgħib u inġust (6-9)

    • ‘Erġaʼ lura lejn Alla u terġaʼ tieħu r-ruħ’ (23)

22  Elifaż it-Temani wieġeb:  2  “Jistaʼ bniedem ikun utli għal Alla? Jistaʼ xi ħadd għaref ikun taʼ benefiċċju għalih?  3  Taħseb li Dak li Jistaʼ Kollox jimpurtah* jekk int raġel sewwa? Jew se jiggwadanja xi ħaġa jekk int tkun bla ħtija?*  4  Sejjer hu jikkastigakU jtellgħek il-qorti għax tirrispettah?  5  Hu se jagħmel dan minħabba l-ħażen kbir tiegħek,U għax l-iżbalji tiegħek qatt ma jispiċċaw.  6  Għax int tieħu xi ħaġa bħala depożitu mingħand sħabek għalxejn b’xejn,U tieħu l-ħwejjeġ tan-nies u tħallihom għarwenin.*  7  Int ma tagħtix ilma lill-għajjien,U ikel lil min hu bil-ġuħ.  8  Int kont raġel b’saħħtek u l-art kienet tiegħek,U kont onorat għax preferut.  9  Int bgħatt lir-romol b’idhom vojta,U għamilt il-ħsara lill-orfni.* 10  Huwa għalhekk li int imdawwar bin-nases,*U f’daqqa waħda qed tibżaʼ; 11  Hu għalhekk li ma tistax tifhem, għax qisek qiegħed fid-dlamU dulluvju jgħattik. 12  Alla mhux fl-iktar parti għolja tas-sema qiegħed? Ara kemm huma fl-għoli l-istilel. 13  Imma int għedt: ‘X’jaf Alla? Jistaʼ hu jara minn ġos-sħab oħxon biex jiġġudika? 14  Is-sħab jgħattih, u b’hekk ma jistax jaraHekk kif jimxi fl-iktar parti għolja* tas-sema.’ 15  Se tagħmel bħalma għamlu l-ħżienaMinn żmien twil ilu s’issa? 16  Dawn kienu nies li mietu f’daqqa waqt li kienu għadhom żgħar,U tkaxkru bħal binja li jkaxkarha dulluvju.* 17  Lill-Alla l-veru kienu qed jgħidulu: ‘Ħallina bi kwietna!’ U ‘X’jistaʼ jagħmlilna Dak li Jistaʼ Kollox?’ 18  Imma jien ma nitkellimx bħal dawn in-nies ħżiena. Għalkemm jitkellmu b’dan il-mod,Hu Alla li tahom l-affarijiet tajbin li għandhom fi djarhom. 19  In-nies sewwa se jifirħu meta jarawhom jinqerdu,U l-innoċenti jwaqqgħuhom għaċ-ċajt u jgħidu: 20  ‘Dawk taʼ kontrina nqerdu,U dak li ħallew warajhom se jinħaraq.’ 21  Sir af lil Alla u tkun fil-paċi;Imbagħad tiġi mbierek b’affarijiet tajbin. 22  Aċċetta l-liġi tiegħu,U żomm dak li jgħid f’qalbek. 23  Jekk terġaʼ lura lejn Dak li Jistaʼ Kollox, terġaʼ tieħu r-ruħ;Jekk tneħħi dak li mhux sewwa mit-tinda tiegħek, 24  Jekk tarmi d-deheb tiegħek mal-artU d-deheb fin* qalb il-ġebel tal-widien, 25  Imbagħad Dak li Jistaʼ Kollox se jsir bħal deheb għalik,U bħall-aqwa fidda. 26  Għax imbagħad se tieħu pjaċir b’Dak li Jistaʼ Kollox,U int se tersaq qrib Alla mingħajr biżaʼ. 27  Int titolbu, u hu jisimgħek;U tagħmel dak li twiegħed. 28  Se tirnexxi f’kulma tiddeċiedi li tagħmel,U fejn timxi se jkun hemm id-dawl. 29  Int se tiġi umiljat meta tkun arroganti;Imma min hu umli se jiġi salvat. 30  Hu se jeħles lil dawk innoċenti,Għalhekk jekk m’għamilt xejn ħażin, int żgur li se tiġi salvat.”

Noti taʼ taħt

^ Jew “jieħu pjaċir.”
^ Jew “leali.”
^ Letteralment “tieħu l-ħwejjeġ tal-għarwenin.”
^ Letteralment “lit-tfal bla missier.”
^ Letteralment “bin-nases tal-għasafar.”
^ Jew “mad-dawra.”
^ Letteralment “tkaxkarha xmara.”
^ Jew “id-deheb taʼ Ofir.”