Ġob 33:1-33
33 “Imma issa, jekk jogħġbok Ġob, ismaʼ kliemi,Ismaʼ dak kollu li se ngħid.
2 Se jkolli niftaħ ħalqi;Ilsieni se jitkellem.
3 Dak li se ngħid ġej mill-onestà taʼ qalbi,U b’xofftejja se ngħid b’mod sinċier dak li naf.
4 Alla għamilni permezz tal-ispirtu tiegħu,Dak li Jistaʼ Kollox tani l-ħajja bin-nifs tiegħu.
5 Wiġibni jekk int kapaċi;Ara x’se tgħid quddiemi;Kun lest li tiddefendi l-każ tiegħek.
6 Jien bħalek f’għajnejn l-Alla l-veru;Anki jien mit-tafal magħmul.
7 Għalhekk, m’għandekx għalfejn titwerwer minni,M’iniex se nkissrek bi kliemi.
8 Imma jien smajtek titkellem,U int għedt dan iktar minn darba:
9 ‘Jien mhux ħati, m’għamilt xejn ħażin;Jien nadif, ma żbaljajtx.
10 Imma Alla jsib għal xiex jiħodha kontrija;Hu jqisni bħala għadu tiegħu.
11 Hu jorbotli saqajja.*
Joqgħod għassa għal kull fejn immur.’
12 Imma int m’għandekx raġun tgħid hekk, allura se nwieġbek:
Alla hu ħafna iktar għaref mill-bniedem.
13 Għala qed tgerger kontrih?
Għax ma takx tweġiba għal dak kollu li għedt?
14 Alla jitkellem għal darba wara l-oħra,Imma ħadd ma jagħti kas.
15 Hu jagħmel dan f’ħolma, f’viżjoni billejl,Meta n-nies jorqdu fil-fond,Waqt li jkunu reqdin fis-sodda tagħhom.
16 Hu jkellimhom f’widnejhomU jgħidilhom x’għandhom jagħmlu.
17 B’hekk iwaqqaf bniedem milli jagħmel il-ħażinU jipproteġih mill-kburija.
18 Alla jsalvalu ħajtu* mill-ħofra*U jsalvah milli jmut bix-xabla.*
19 Bniedem jistaʼ jitgħallem xi ħaġa anki meta jkun muġugħ fis-soddaU meta l-għadam tiegħu juġgħu l-ħin kollu.
20 Tant ikun muġugħ li anki l-ħobż jitqażżeż,U lanqas l-aqwa ikel ma jkun irid jiekol.
21 Hu jirqaq ħafna,U jsir għadma u ġilda.*
22 Ħajtu* qed tersaq qrib il-ħofra,*Qrib dawk li jridu joqtluh.
23 Imma jekk imur anġlu* għandu,Wieħed minn elf li jaqbeż għalih,Biex jgħidlu x’inhu tajjeb,
24 Imbagħad Alla jurih ħniena u jgħid,‘Tħallihx jinżel fil-ħofra!*
Sibt fidwa* biex neħilsu!
25 Ħa jsir* b’saħħtu iktar minn meta kien żagħżugħ;Ħa jerġaʼ jkollu l-enerġija bħal meta kien żagħżugħ.’
26 Hu jitlob bil-ħniena lil Alla u dan jaċċettah.
Se jgħajjat bil-ferħ meta jara wiċċ Alla,U Alla jerġaʼ jqisu raġel tajjeb.
27 Dan jgħid* lil oħrajn,‘Jien dnibt u aġixxejt ħażin,Imma ma ħadtx dak li ħaqqni.*
28 Hu ħelisni milli mmur fil-ħofra,*U jien se nkompli ngħix.’
29 Għal darba wara l-oħra,Alla jagħmel dawn l-affarijiet għal bniedem
30 Biex isalvah mill-ħofra*U jkun jistaʼ jgawdi l-ħajja.
31 Ġob, oqgħod attent u ismagħni!
Ibqaʼ kwiet, u jien inkompli nitkellem.
32 Imma jekk għandek xi ħaġa x’tgħid, wiġibni.
Tkellem, għax nixtieq nuri li int innoċenti.
33 Imma jekk m’għandekx x’tgħid, ismaʼ lili;Ibqaʼ kwiet, u jien ngħallmek l-għerf.”
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “iqegħedli saqajja fil-qjud.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “ruħu.”
^ Jew “mill-qabar.”
^ Jew “b’arma.”
^ Jew “għadmu jinkixef.”
^ Letteralment “Ruħu.”
^ Jew “il-qabar.”
^ Letteralment “messaġġier.”
^ Jew “fil-qabar.”
^ Jew “Ħa jsir laħmu.”
^ Letteralment “ikanta.”
^ Jew forsi “U ma ggwadanjajtx minnu.”
^ Jew “fil-qabar.”
^ Jew “mill-qabar.”