Ġob 40:1-24

  • Ġeħova jistaqsi iktar mistoqsijiet (1-24)

    • Ġob jammetti li m’għandu xejn x’jgħid (3-5)

    • “Se tiddubita l-ġustizzja tiegħi?” (8)

    • Alla jiddeskrivi s-saħħa tal-ippopotamu (15-24)

40  Ġeħova kompla jwieġeb lil Ġob:  2  “Għandu xi ħadd jaħseb li jien, Dak li Jistaʼ Kollox, għandi żball u jħaqqaqha miegħi? Ħa jwieġeb dak li jrid jikkoreġini.”  3  Ġob wieġeb lil Ġeħova:  4  “Jien ma niswa għal xejn. X’nistaʼ ngħid biex inwieġbek? Ħa ngħatti ħalqi b’idi.  5  Jien tkellimt għal darba darbtejnImma mhux se nwieġeb iktar, mhu se nżid xejn.”  6  Imbagħad Ġeħova wieġbu mir-riefnu:  7  “Jekk jogħġbok ipprepara ruħek bħal raġel b’saħħtu;Jien se nistaqsik u int wiġibni.  8  Se tiddubita l-ġustizzja tiegħi? Jaqaw se tikkundannani biex tidher tajjeb int?  9  Għandek int saħħa daqsi, l-Alla l-veru? Għandek int leħen bħal tiegħi li hu qawwi bħar-ragħad? 10  Jekk jogħġbok uri l-glorja u l-qawwa tiegħek;Uri l-unur u s-sbuħija tiegħek. 11  Sfoga r-rabja kollha li għandek;Ħares lejn kull min hu mkabbar u baxxih. 12  Innota lil kull min hu mkabbar u umiljah,Għaffeġ lill-ħżiena mill-ewwel. 13  Aħbihom kollha fit-trab;Orbothom* fil-post moħbi. 14  Jekk tistaʼ tagħmel dan,Jien nammetti* li int tistaʼ ssalva bis-saħħa tiegħek stess. 15  Aħseb dwar l-ippopotamu.* Jien għamilt kemm lilu u kemm lilek. Hu jiekol il-ħaxix bħal barri. 16  Hu għandu saqajh b’saħħithomU muskoli sodi f’żaqqu. 17  Hu jwebbes denbu bħall-injam taċ-ċedru;In-nervituri taʼ koxxtejh huma mmaljati flimkien. 18  L-għadam tiegħu hu bħal kanen tar-ram;Saqajh huma bħal vireg tal-ħadid. 19  Hu l-aqwa* fost il-ħolqien tiegħi kollu. Jien biss, Dak li Għamiltu, nistaʼ nersaq lejh bix-xabla. 20  Hu jsib l-ikel fuq il-muntanji,Fejn l-annimali slavaġ jilagħbu. 21  Hu jimtedd taħt is-siġar tal-lotus,Qalb il-qasab fl-għadajjar. 22  Is-siġar tal-lotus jagħmlulu d-dell,U s-siġar tal-luq tal-wied qegħdin madwaru. 23  Dan ma jippanikjax meta jkun hemm kurrenti qawwijin fix-xmara. Hu moħħu mistrieħ avolja x-Xmara Ġordan tħabbat bis-saħħa miegħu. 24  Min jistaʼ jaqbdu waqt li jkun qiegħed għassa,Jew itaqqablu mnieħru b’ganċ?*

Noti taʼ taħt

Letteralment “Orbtilhom wiċċhom.”
Jew “infaħħrek.”
Bl-Ebrajk “Beħemot.”
Letteralment “il-bidu.”
Letteralment “b’nassa.”