Ġob 37:1-24

  • In-natura turi l-kobor t’Alla (1-24)

    • Alla jistaʼ jwaqqaf lin-nies minn dak li jkunu qed jagħmlu (7)

    • ‘Ikkunsidra l-affarijiet tal-għaġeb li għamel Alla’ (14)

    • Il-bnedmin ma jistgħux jifhmu lil Alla (23)

    • L-ebda bniedem m’għandu jaħseb li hu għaref (24)

37  “Qalbi tħabbat,U qed inħossha se toħroġ minn postha.  2  Oqogħdu attenti għal-leħen sod t’Alla,Isimgħu leħnu li qisu ragħad.  3  Dan jinstemaʼ taħt is-sema kollha,Hu jibgħat is-sajjetti sa truf l-art.  4  Wara dan ikun hemm ħoss jirbombja;Hu jriegħed b’leħen tal-għaġeb,U jibqaʼ jibgħat is-sajjetti waqt li jitkellem.  5  Leħen Alla jriegħed b’mod mill-isbaħ;Hu jagħmel affarijiet tal-għaġeb li ma nistgħux nifhmuhom.  6  Għax hu jikkmanda lill-borra biex tinżel fuq l-art,U jgħid lix-xita biex tinżel bis-saħħa.  7  Alla jwaqqaf lin-nies minn dak li jkunu qed jagħmlu*Ħalli kull bniedem jinnota l-ħolqien Tiegħu.  8  L-annimali slavaġ imorru f’posthomU jibqgħu mistoħbijin hemm.  9  Ir-riħ tal-maltempata jiġi u jonfoħ,U r-riħ mit-Tramuntana jġib il-kesħa. 10  Bin-nifs t’Alla jsir is-silġU l-ilmijiet kollha jiffriżaw. 11  Hu jtaqqal is-sħab bil-qtar tal-ilmaU jibgħat is-sajjetti tiegħu minn ġos-sħab; 12  Dawn imorru ’l hemm u ’l hawn skont fejn jibgħathom;Huma jagħmlu kulma jikkmandahom fuq wiċċ l-art.* 13  Hu juża s-sħab biex jikkastiga n-nies, biex jibgħat ix-xita fuq l-art,Jew biex juri l-imħabba u l-lealtà* tiegħu. 14  Ġob, ismaʼ dan li se ngħidlek;Ieqaf u kkunsidra sew l-affarijiet tal-għaġeb li għamel Alla. 15  Taf int kif Alla jikkontrolla* s-sħab,U kif jibgħat is-sajjetti mis-sħaba tiegħu? 16  Taf kif iżomm is-sħab fl-arja? Dawn l-affarijiet tal-għaġeb għamilhom il-Wieħed li għandu għarfien perfett. 17  Il-ħwejjeġ tiegħek għala jsiru jaħarquMeta r-riħ isfel isikket l-art? 18  Hu għamel is-sema soda.* Tistaʼ int tagħmel l-istess? 19  Għidilna x’għandna ngħidulu;Ma nistgħux inwiġbuh, għax hemm ħafna affarijiet li ma nistgħux nifhmu. 20  Nistaʼ ngħid lil Alla li rrid inkellmu? Jew kien hawn xi ħadd li qal xi ħaġa tant importanti li għandu jismagħha? 21  In-nies ma jistgħux jaraw id-dawl* meta jkun imsaħħab,Sakemm ir-riħ ineħħi s-sħab u jkun hemm dawl qawwi. 22  Mit-Tramuntana joħroġ dawl li jleqq bħad-deheb;Il-glorja t’Alla hi tal-għaġeb. 23  Aħna ma nistgħux nifhmu lil Dak li Jistaʼ Kollox;Hu għandu qawwa kbira,U qatt ma jiġġudika b’mod li jmur kontra l-ġustizzja kbira tiegħu. 24  Għalhekk, in-nies għandhom juruh rispett kbir.* Għax hu ma jiħux pjaċir b’dawk li jaħsbu li huma għorrief.”*

Noti taʼ taħt

Letteralment “iqiegħed siġill fuq id kull bniedem.”
Jew “fuq l-art produttiva tad-dinja.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “jikkmanda.”
Letteralment “iebsa bħal mera magħmula minn metall imdewweb.”
Jiġifieri tax-xemx.
Letteralment “jibżgħu minnu.”
Letteralment “b’dawk li huma għorrief f’qalbhom.”