Ġob 8:1-22

  • L-ewwel darba li jitkellem Bildad (1-22)

    • Jagħti x’jifhem li t-tfal taʼ Ġob dinbu (4)

    • ‘Jekk int ġust, Alla jipproteġik’ (6)

    • Jagħti x’jifhem li Ġob irribella kontra Alla (13)

8  Imbagħad Bildad is-Suħi wieġbu:  2  “Kemm se ddum titkellem hekk? Kliemek hu biss kliem fil-vojt!  3  Sejjer Alla ma jagħmilx ġustizzja? Jew sejjer Dak li Jistaʼ Kollox imur kontra dak li hu sewwa?  4  Jekk it-tfal tiegħek dinbu kontrih,Hu ħalliehom jiġu kkastigati għal dak li għamlu.*  5  Imma jekk tfittex lil AllaU titlob lil Dak li Jistaʼ Kollox biex jurik ħniena,  6  U jekk int veru ġust u sewwa,Hu se jisimgħek*U jerġaʼ jagħtik il-post li jixraqlek.  7  Għalkemm issa m’intix importanti,Se jkollok futur mill-aqwa.  8  Jekk jogħġbok, staqsi lil dawk taʼ qabilna,U agħti kas dak li saru jafu missirijiethom.  9  Aħna bla esperjenza u ma nafu xejn,U ħajjitna hi bħal dell. 10  Huma se jgħallmukU jgħidulek dak li jafu.* 11  Tistaʼ pjanta tal-papiru tikber jekk ma tkunx f’għadira? Tistaʼ qasba tikber mingħajr ilma? 12  Waqt li jkunu għadhom qed jarmu u ma jkunux ġew maqtugħin,Huma jinxfu qabel kull pjanta oħra. 13  Hekk jiġrilu* kull min jinsa lil Alla,Għax min jirribella* ma jkollux tama. 14  L-affarijiet li jafda fihom mhumiex taʼ min joqgħod fuqhom. Huma fraġli bħal għanqbuta. 15  Hu se jistrieħ fuq l-għanqbuta, imma din iċċedi;Hu jipprova jżomm magħha, imma titqaċċat. 16  Hu bħal pjanta li għandha l-ilma u x-xemx,U l-friegħi tiegħu jinfirxu mal-ġnien kollu. 17  Hu jniżżel l-għeruq tiegħu fejn hemm ħafna ġebel;U jfittex dar qalb il-ġebel.* 18  Imma meta jiġi maqlugħ minn postu,Dan il-post ma jaċċettahx lura u jgħidlu, ‘Qatt ma rajtek.’ 19  Għalhekk jisparixxi;U pjanti oħra jiħdulu postu. 20  Alla żgur mhux se jabbanduna lil min hu bla ħtija;*U mhux se jappoġġa lil* min hu ħażin. 21  Hu se jġiegħlek terġaʼ tkun ferħanU tgħajjat bil-ferħ. 22  Dawk li jobogħduk se jkollhom jistħu,U t-tinda tal-ħżiena ma tibqax teżisti.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “irħiehom f’id ir-rewwixta tagħhom.”
Jew “se jagħmel xi ħaġa għalik.”
Letteralment “joħorġu l-kliem minn qalbhom.”
Letteralment “Hekk huma t-triqat taʼ.”
Jew “min ikun apostat.”
Jew “iħares lejn dar tal-ġebel.”
Jew “leali lejh.”
Letteralment “jaqbad l-id taʼ.”