Proverbji 30:1-33

  • IL-KLIEM T’AGUR (1-33)

    • Tħallinix inkun fqir u lanqas sinjur (8)

    • Affarijiet li ma jixbgħu qatt (15, 16)

    • Affarijiet li ma tifhimhomx (18, 19)

    • Mara li mhix leali (20)

    • Annimali li huma għorrief ħafna (24)

30  Dan hu l-messaġġ importanti t’Agur it-tifel taʼ Ġaki li qal lil Itijel u Ukal.  2  Jien l-iktar bniedem injorant,U m’iniex kapaċi nifhem bħan-nies l-oħra.  3  Jien ma tgħallimtx inkun għaref,U m’għandix l-għarfien tal-Iktar Wieħed Qaddis.  4  Min telaʼ fis-sema u reġaʼ niżel? Min ġabar ir-riħ f’idejh it-tnejn? Min żamm l-ilmijiet fil-ħwejjeġ tiegħu? Min għamel* it-trufijiet kollha tal-art? X’jisimhom hu u ibnu? Għidli jekk taf.  5  Kulma jgħid Alla hu pur.* Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.  6  Iżżid xejn maʼ kliemu,Inkella jikkoreġikU toħroġ taʼ giddieb.  7  Alla tiegħi, żewġ affarijiet nitolbok. Jekk jogħġbok iżżommx lura milli tagħtihomli qabel immut.  8  Għinni biex ma nqarraqx u ma nigdibx. Tħallinix inkun fqir u lanqas sinjur. Agħtini l-ikel li għandi bżonn,  9  Għax jekk ikolli kulma rrid, nistaʼ ma nibqax leali u ngħid: “Min hu Ġeħova?” U tħallinix insir fqir u nibda nisraq u niddiżonora* lil ismek, Alla tiegħi. 10  Uliedi, timmalafamawx qaddej maʼ sidu,Li ma jmurx jisħitkom u tinstabu ħatjin. 11  Hemm grupp taʼ nies* li jisħtu lil missierhom,U ma jbirkux lil ommhom. 12  Hemm grupp taʼ nies li jaħsbu li huma nodfaImma ma tnaddfux mill-ħmieġ tagħhom. 13  Hemm grupp taʼ nies li huma kburin ħafna,U li jmaqdru ħafna lil oħrajn. 14  Hemm grupp taʼ nies li snienhom huma bħax-xwabelU x-xedaq tagħhom bħas-skieken tal-biċċiera;Huma jaħqru lill-batuti tal-artU lill-foqra minn fost in-nies. 15  Is-sangisugi* għandhom żewġt ibniet li jgħajtu: “Agħtini! Agħtini!” Hemm tliet affarijiet li ma jixbgħu qatt,Erbgħa li qatt ma jgħidu: “Biżżejjed!” 16  Il-Qabar,* mara li ma jistax ikollha tfal,Art mingħajr ilma, u nar li qatt ma jgħid: “Biżżejjed!” 17  Min iwaqqaʼ għaċ-ċajt lil missieru u ma jkunx irid jobdi lil ommu,Iċ-ċawluni tal-wied se jaqilgħulu għajnuU l-frieħ tal-ajkla se jikluha. 18  Hemm tliet affarijiet li huma wisq tal-għaġeb għalijaU erbgħa li ma nifhimhomx: 19  Kif ajkla ttir fis-sema,Kif serp jitkaxkar fuq blata,Kif vapur jivvjaġġa f’baħar miftuħ,U kif raġel iġib ruħu meta jkun maʼ mara. 20  Mara li mhix leali* tiekol, timsaħ ħalqha,Imbagħad tgħid: “M’għamilt xejn ħażin.” 21  Hemm tliet affarijiet li jġiegħlu l-art titriegħed,U erbgħa affarijiet li n-nies ma jifilħux għalihom: 22  Meta lsir imexxi bħala re,Meta iblah ikun mifqugħ bl-ikel, 23  Meta raġel jiżżewweġ mara mibgħuda,*U meta qaddejja tieħu post dik li taħdem għaliha. 24  Hemm erbaʼ affarijiet fuq l-art li għalkemm huma żgħar,Huma għorrief ħafna:* 25  In-nemel mhuwiex b’saħħtu,*Iżda jipprepara l-ikel tiegħu fis-sajf. 26  Il-fniek tad-deżert mhumiex b’saħħithom ħafna,*Iżda huma jagħmlu d-dar tagħhom fil-blat. 27  Il-ġurati m’għandhomx re,Iżda huma joħorġu kollha mqassmin fi gruppi. 28  Il-wiżgħa tistaʼ timxi maʼ ħajt bla ma taqaʼU tidħol fil-palazz taʼ re. 29  Hemm tliet affarijiet li jimxu b’mod impressjonanti,Erbgħa li jiċċaqalqu b’mod impressjonati: 30  L-iljun, l-iktar annimal b’saħħtu,Li ma jaħrab minn ħadd; 31  Il-kelb tal-fenek, il-bodbod,U re li għandu l-armata miegħu. 32  Jekk bi bluha tkabbartJew ippjanajt li tagħmel hekk,Għatti ħalqek u tgħid xejn. 33  Meta tħawwad il-ħalib, joħroġ il-butir,U meta tagħfas imnieħrek, joħroġ id-demm,U bl-istess mod meta ġġiegħel lil ħaddieħor jirrabja, tqajjem il-ġlied.

Noti taʼ taħt

Letteralment “tellaʼ.”
Jew “irfinut bin-nar.”
Jew “nikkritika ħafna.”
Letteralment “ġenerazzjoni.”
Tip taʼ dudu li jgħix fl-ilma ħelu u li jiġbed id-demm meta jaqbad maʼ xi bniedem jew annimal.
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “adultera.”
Jew ”mhux maħbuba.”
Jew “bl-istint.”
Letteralment “mhuwiex poplu b’saħħtu.”
Letteralment “mhumiex poplu b’saħħtu.”