Proverbji 14:1-35

  • Meta xi ħadd ikun imdejjaq, hu biss ikun jaf x’qed iħoss (10)

  • Triq li tidher tajba tistaʼ twassal għall-mewt (12)

  • Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox (15)

  • Xi ħadd sinjur għandu ħafna ħbieb (20)

  • Qalb kalma tgħin biex il-ġisem ikun b’saħħtu (30)

14  Il-mara li hi vera għarfa tibni d-dar tagħha,Imma l-mara belha twaqqagħha b’idejha stess.  2  Min jagħmel it-tajjeb jirrispetta ħafna lil* Ġeħova,Imma min hu diżonest* ma jirrispettahx.  3  Il-kliem arroganti tal-iblah hu bħal daqqa taʼ bastun,Imma dak li jgħid l-għaref se jipproteġih.  4  Fejn m’hemmx baqar, il-maxtura* tkun nadifa,Imma fejn hemm barri b’saħħtu hemm ħafna ħsad.  5  Xhud leali ma jigdibx,Imma xhud falz jigdeb maʼ kull nifs li jieħu.  6  Xi ħadd arroganti* jixtieq ikun għaref, iżda ma jistax,Imma xi ħadd li kapaċi jifhem hu faċli li jitgħallem.  7  Żomm ’il bogħod minn xi ħadd iblah,Għax mhu se titgħallem xejn minn dak li jgħid.  8  L-għerf jgħin lill-għaqli jifhem f’liema triq qiegħed,Imma xi ħadd stupidu jiġi mqarraq* bil-bluha tiegħu stess.  9  Il-boloh jidħqu bid-dnubiet li jagħmlu,*Imma l-onesti jixtiequ jagħmlu paċi. 10  Meta xi ħadd ikun imdejjaq, hu biss ikun jaf x’qed iħoss,U meta jkun ferħan, ħadd ma jifhem il-ferħ li qed iħoss. 11  Id-dar taʼ xi ħadd ħażin se tinqered,Imma t-tinda tal-ġust se tkompli tikber. 12  Bniedem jistaʼ jaħseb li qiegħed fit-triq it-tajba,Imma mbagħad din twassal għall-mewt. 13  Anki jekk xi ħadd ikun qed jidħaq, jistaʼ jkun qed ibati,U l-ferħ jistaʼ jinbidel fi dwejjaq kbar. 14  Min jitbiegħed minn Alla jbati l-konsegwenzi taʼ kif jgħix,Imma bniedem tajjeb igawdi l-barkiet taʼ dak li jagħmel. 15  Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox,Imma l-għaqli jaħseb sew dwar kull ħaġa li se jagħmel. 16  Min hu għaref joqgħod attent u jwarrab mill-ħażen,Imma l-istupidu ma jagħtix kas* u jafda fih innifsu. 17  Min jirrabja malajr jagħmel affarijiet bla sens,Imma min jaħseb qabel jaġixxi* hu mibgħud. 18  Dawk bla esperjenza se jaġixxu bi bluha,Imma l-għarfien isebbaħ lill-għorrief bħal kuruna. 19  Il-ħżiena se jkollhom imilu quddiem it-tajbin,U dawk mill-agħar se jmilu quddiem il-bieb tal-ġusti. 20  Raġel fqir anki l-ħbieb tiegħu jobogħduh,Imma xi ħadd sinjur għandu ħafna ħbieb. 21  Min jobgħod lil dawk li jagħmilha magħhom jidneb,Imma min juri ħniena mal-batut hu ferħan. 22  Dawk li jippjanaw li jagħmlu l-ħażen se jiżvijaw,Imma dawk li għandhom intenzjonijiet tajbin se jintwerew imħabba* u lealtà. 23  Ix-xogħol iebes kollu hu taʼ benefiċċju,Imma min jitkellem ħafna u jagħmel ftit ma jieħu xejn. 24  Il-ġid tal-għorrief isebbaħhom bħal kuruna;Imma l-istupidi se jibqgħu stupidi. 25  Xhud onest isalva l-ħajjiet,Imma xhud li jqarraq jigdeb maʼ kull nifs li jieħu. 26  Dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova jafdah f’kollox,U billi jagħmel hekk jipproteġi lit-tfal tiegħu. 27  In-nies li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova se jkomplu jgħixu,Għax li jagħmlu hekk jgħinhom jevitaw in-nases tal-mewt. 28  Re li jkollu ħafna nies taħtu jiġi onorat ħafna,Imma mexxej li m’għandu lil ħadd taħtu jiġi fix-xejn. 29  Min ma jirrabjax malajr hu għaref,Imma min hu bla paċenzja juri kemm hu iblah. 30  Qalb kalma tgħin biex il-ġisem ikun b’saħħtu,*Imma l-għira therri l-għadam. 31  Min jieħu vantaġġ mill-batut ikun qed jgħajjar lil Dak li Għamlu,Imma min juri ħniena mal-fqir jigglorifikah. 32  Il-ħażin se jaqaʼ fil-ħażen tiegħu stess,Imma l-ġust se jiġi protett minħabba l-lealtà tiegħu. 33  Persuna* li kapaċi tifhem ma toqgħodx titkellem dwar l-għerf li għandha,Imma min hu stupidu dejjem jiftaħar dwar dak li jaf. 34  Poplu se jiġi rrispettat jekk jagħmel it-tajjeb,Imma poplu li jidneb jiġi ddiżonorat. 35  Re jieħu pjaċir b’qaddej li jaġixxi b’għaqal,Imma hu jirrabja ħafna maʼ min jagħmel affarijiet taʼ mistħija.

Noti taʼ taħt

^ Letteralment “jibżaʼ minn.”
^ Jew “qarrieq.”
^ Jiġifieri fejn jitimgħu l-annimali.
^ Jew “li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt.”
^ Jew forsi “jqarraq b’oħrajn.”
^ Jew “bil-ħsieb li jirranġaw l-affarijiet.”
^ Jew “jirrabja.”
^ Jew “min kapaċi jaħseb.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “jibżaʼ minn.”
^ Letteralment “jibżgħu minn.”
^ Letteralment “hi l-ħajja tal-ġisem.”
^ Letteralment “Il-qalb taʼ xi ħadd.”