Proverbji 2:1-22

  • Il-valur tal-għerf (1-22)

    • Fittex l-għerf bħal teżori moħbijin (4)

    • Il-fatt li kapaċi taħseb se jipproteġik (11)

    • L-immoralità ġġib diżastru (16-19)

2  Ibni, aċċetta dak li ngħidlekU apprezza* l-kmandamenti tiegħi,  2  Billi tagħti kas l-għerfU tiftaħ moħħok* biex titgħallem tagħraf x’inhu tajjeb u ħażin.  3  Iktar minn hekk, itlob mill-qalb biex tkun tistaʼ tifhemU itlob bil-ħniena biex tagħraf it-tajjeb mill-ħażin.  4  Ibqaʼ fittex dawn l-affarijiet bħal fidda,U ibqaʼ ħaffer għalihom bħal teżori moħbijin.  5  Jekk tagħmel hekk, se tifhem xi jfisser li tirrispetta ħafna lil* Ġeħova,U se jirnexxilek titgħallem dwar Alla.  6  Għax Ġeħova stess jagħti l-għerf;U dak li jgħid jgħin lin-nies ikollhom l-għarfien u jagħrfu x’inhu tajjeb u ħażin.  7  Hu jerfaʼ l-għerf għal dawk li huma ġusti;Hu tarka għal dawk li juru lealtà.  8  Hu jgħasses il-ħajja tal-ġusti,U se jipproteġi l-ħajja tal-leali tiegħu.  9  Imbagħad se tifhem x’inhu sewwa, ġust, u raġonevoli. Int se tifhem liema hi t-triq it-tajba. 10  Meta qalbek tkun tixtieq l-għerfU ruħek* tieħu pjaċir bl-għarfien, 11  Il-fatt li kapaċi taħseb se jgħinek,U li tifhem x’inhu tajjeb u ħażin se jipproteġik, 12  Biex ma tagħmilx dak li hu ħażin,U ma tiġix affettwat min-nies li jgħidu affarijiet mhux veri. 13  Dawn se jipproteġuk ukoll minn dawk li telqu mit-triq it-tajbaBiex jimxu f’toroq mudlama, 14  Minn dawk li jieħdu pjaċir bil-ħażinU li jifirħu bl-affarijiet mill-agħar, 15  Dawk li t-triqat tagħhom mhumiex drittiU li ma tistax tafdahom. 16  L-għerf se jeħilsek mill-mara midinba,*U mill-kliem li l-mara immorali* tuża biex tħajrek 17  Li titlaq lir-raġel* li żżewġet f’żgħożithaU tinsa l-patt li għamlet m’Alla; 18  Għax li tmur għandha hu bħallikieku tmur għall-mewt,U t-triq għad-dar tagħha twassal għall-qabar. 19  Ħadd minn dawk li jkollhom x’jaqsmu magħha ma jiġi lura,U lanqas jerġaʼ jkun fit-triq li twassal għall-ħajja. 20  Għalhekk, imxi fit-triq tan-nies tajbinU ibqaʼ fit-toroq tal-ġusti. 21  Għax in-nies sewwa biss se jgħixu fuq l-art,U dawk li huma leali lejn Alla* se jibqgħu fiha. 22  Imma l-ħżiena se jitqaċċtu mill-art,U t-tradituri se jitneħħew minnha.

Noti taʼ taħt

^ Jew “aħżen.”
^ Letteralment “qalbek.”
^ Letteralment “tibżaʼ minn.”
^ Letteralment “stranġiera.” Milli jidher tirreferi għal xi ħadd li m’għandux ħbiberija m’Alla minħabba li ma jobdix il-livelli morali tiegħu.
^ Letteralment “barranija.” Milli jidher tirreferi għal xi ħadd li ma jobdix il-livelli morali t’Alla.
^ Letteralment “lill-ħabib tal-qalb.”
^ Jew “bla ħtija.”