Proverbji 23:1-35
23 Meta tpoġġi biex tiekol maʼ re,Innota sew x’hemm quddiemek;
2 Jekk tkun tixtieq ħafna ikelIkkontrolla lilek innifsek.*
3 Tixxennaqx għall-ikel tajjeb tiegħu,Ħalli ma tiġix imqarraq bih.
4 Titħabatx biex ikollok il-ġid.
Ieqaf u uri li kapaċi tifhem.*
5 Meta titfaʼ għajnejk fuqu, dan ma jkunx hemm.
Għax żgur irabbi l-ġwienaħ u jtir lejn is-sema bħal ajkla.
6 Tikolx l-ikel taʼ xi ħadd qammiel;*Tixxennaqx għall-ikel tajjeb tiegħu,
7 Għax hu joqgħod iżommlok kont.
Hu jgħidlek: “Kul u ixrob,” imma mhux minn qalbu.
8 Int se taqlaʼ dak li tkun kiltU jkun għalxejn li tajtu l-kumplimenti.
9 Tipprovax tgħallem lil xi ħadd stupidu,Għax hu se jobgħod il-kliem t’għerf li tgħidlu.
10 Iċċaqlaqx il-marka taʼ fruntiera taʼ żmien twil iluU tidħolx fl-għalqa tat-tfal bla missier.
11 Għax Dak li Jaqbeż Għalihom* hu b’saħħtu;Hu se jiddefendi l-kawża tagħhom kontrik.
12 Aċċetta d-dixxiplinaU ismaʼ mill-kliem taʼ min għandu l-għarfien.
13 Iżżommx lura milli tiddixxiplina tifel.*
Jekk tagħtih daqqa taʼ bastun,* mhux se jmut.
14 Bil-bastun għandek issawtu,Ħalli ssalvah* mill-Qabar.*
15 Ibni, jekk issir għaref,*Jien se nifraħ.
16 Jien* inħoss ferħ kbirMeta tgħid dak li hu tajjeb.
17 Tħallix lil qalbek tgħir għall-midinbin,*Imma uri rispett kbir lejn* Ġeħova l-ġurnata kollha,
18 Għax b’hekk se jkollok futur tajjeb,U jibqaʼ jkollok it-tama.
19 Ibni, ismaʼ u sir għaref,U dderieġi lil qalbek biex tagħmel it-tajjeb.
20 Issirx bħal* dawk li jixorbu ħafna nbid,U bħal dawk li jiffangaw fil-laħam.
21 Min hu żaqqieq u jħobb jisker se jsir fqir,U minħabba li jkollu n-ngħas se jilbes iċ-ċraret.
22 Ismaʼ minn missierek li tak il-ħajja,U tmaqdarx lil ommok sempliċement għax xjaħet.
23 Ixtri* l-verità u tbigħhiex,Kif ukoll l-għerf, id-dixxiplina, u l-abbiltà li tifhem.
24 Missier se jkun ferħan jekk it-tifel tiegħu jkun ġust;Żgur li se jifraħ jekk it-tifel tiegħu jkun għaref.
25 Missierek u ommok se jifirħu,U dik li wilditek se tkun ferħana.
26 Ibni, ismagħni b’qalbek kollha,U jalla tieħu pjaċir timxi fi triqati.
27 Għax prostituta hi bħal ħofra fonda,U mara immorali* hi bħal bir dejjaq.
28 Hi toqgħod tistenna bħal ħalliel;Hi ġġiegħel lil ħafna rġiel ma jkunux leali.
29 Min għandu l-inkwiet? Min hu ansjuż?
Min għandu l-ġlied? Min għandu għal xiex igerger?
Min għandu l-feriti mingħajr ma jaf għaliex? Min għandu għajnejh ħomor?*
30 Dawk li jqattgħu ħafna ħin jixorbu l-inbid;Dawk li jiltaqgħu flimkien biex jipprovaw inbid imħallat.
31 Tħarisx lejn il-kulur aħmar tal-inbidHekk kif ileqq fit-tazza u jinżel ħelu ħelu,
32 Għax fl-aħħar jigdem bħal serp,U jagħti l-velenu bħal lifgħa.
33 Int se tara affarijiet strambi,U qalbek se ġġiegħlek taħseb dwar affarijiet ħżiena.
34 U int tkun bħal wieħed li qiegħed f’nofs taʼ baħar,Bħal wieħed mimdud fl-ogħla parti t’arblu taʼ vapur.
35 Int se tgħid: “Huma sawtuni, imma ma ħassejt xejn.
Huma tawni d-daqqiet, imma ma ndunajtx.
Fi xħin se nqum, ħalli nkompli nixrob?”
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “Qiegħed sikkina maʼ gerżumtek.”
^ Jew forsi “Tistrieħx fuq il-fehma tiegħek.”
^ Jew “li għajnu hi mill-agħar.”
^ Letteralment “Dak li Jifdihom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “tifla; żagħżugħ; żagħżugħa.”
^ Dan jistaʼ jirrappreżenta korrezzjoni jew awtorità.
^ Jew “minn Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “issalvalu ruħu.”
^ Letteralment “jekk qalbek issir għarfa.”
^ Letteralment “Il-kliewi tiegħi.”
^ Jew “għan-nies li jagħmlu d-dnub.”
^ Letteralment “ibżaʼ minn.”
^ Jew “Tagħmilhiex maʼ.”
^ Jew “Ikseb.”
^ Jew “għajjenin.”