Proverbji 27:1-27
27 Toqgħodx tiftaħar dwar dak li se tagħmel għada,Għax ma tafx x’se jiġri.
2 Tużax kliemek biex tfaħħar lilek innifsek, imma ħalli lil ħaddieħor* ifaħħrek;Tfaħħarx lilek innifsek, ħalli lil oħrajn* jagħmlu dan.
3 Ġebla hi tqila u r-ramel ukoll,Imma l-problemi li jaqlaʼ l-iblah huma itqal minnhom it-tnejn.
4 Ir-rabja hi ħarxa u teqred bħal dulluvju,Imma l-għira hi saħansitra agħar.
5 Aħjar tikkoreġi lil xi ħadd bil-miftuħ,Milli jkollok l-imħabba imma ma turihiex.
6 Aħjar jikkoreġik ħabib leali u tweġġaʼ,Milli tingħata ħafna bews* mingħand l-għadu.
7 Min ikun kiel u* xebaʼ ma jiħux mill-għasel* pur,Imma min hu* bil-ġuħ anki dak li hu morr itiegħmu ħelu.
8 Bniedem li jitbiegħed mid-dar tiegħu,Hu bħal għasfur li jitbiegħed* mill-bejta.
9 Iż-żejt u l-inċens iferrħu l-qalbBħal ħabib li jagħti parir b’mod sinċier.
10 Titlaqx lill-ħabib tiegħek jew lill-ħabib taʼ missierek,U tidħolx fid-dar taʼ ħuk meta jkollok l-inkwiet.
Aħjar ikollok ġar viċin milli ħu li joqgħod ’il bogħod.
11 Ibni, kun għaref u ferraħli qalbi,Ħalli nkun nistaʼ nwieġeb lil dak li jgħajjarni.
12 L-għaqli jaħrab xħin jara l-periklu,Imma dak taʼ bla esperjenza jibqaʼ sejjer u jbati l-konsegwenzi.
13 Jekk xi ħadd għamel tajjeb għad-dejn taʼ stranġier, ħudlu l-libsa;U jekk għamel hekk għal mara barranija,* ħudlu xi ħaġa bħala garanzija.
14 Meta xi ħadd ibierek lil sieħbu b’leħen għoli kmieni filgħodu,Din se tiġi kkunsidrata bħala saħta.
15 Mara ġellieda* qisha saqaf li l-ħin kollu jqattar f’ġurnata xita.
16 Kull min jistaʼ jikkontrollaha, jistaʼ jikkontrolla r-riħ,U jistaʼ jaqbad iż-żejt b’idu l-leminija.
17 Bħalma l-ħadid isinn il-ħadid,Hekk bniedem jgħin lil sieħbu jagħmel bidliet għall-aħjar.*
18 Min jieħu ħsieb siġra tat-tin se jiekol il-frott tagħha,U min jieħu ħsieb sidu se jiġi onorat.
19 Bħalma l-ilma jirrifletti wiċċ xi ħadd,Hekk il-qalb taʼ persuna tirrifletti l-qalb taʼ xi ħadd ieħor.
20 Bħalma l-Qabar u l-post tal-qerda* dejjem ikunu jridu iżjed,Hekk il-bniedem, dejjem ikun irid iżjed affarijiet.
21 Bħalma n-nar jirfina l-fidda u d-deheb,Hekk persuna tiġi ttestjata meta tiġi mfaħħra.*
22 Anki jekk tfarrak iblahBħalma tfarrak iċ-ċereali* f’mehrież,Hu xorta mhux se jinbidel.
23 Għandek tkun taf il-merħla tiegħek sew.
Ħu ħsieb sew in-nagħaġ* tiegħek,
24 Għax il-ġid ma jibqax għal dejjem,U kuruna* ma tibqax tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.
25 Il-ħaxix aħdar ma jibqax jidher, u jitlaʼ ħaxix ġdid,U l-ħaxix tal-muntanji jinġabar.
26 L-imtaten żgħar jagħtuk il-ħwejjeġ,U bil-bdabad tistaʼ tixtri għalqa.
27 Se jkun hemm biżżejjed ħalib tal-mogħoż biex tiekol int,In-nies taʼ darek, u l-qaddejja tfajliet tiegħek.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “stranġier.”
^ Letteralment “barrani.”
^ Jew forsi “Milli bews mhux sinċier; Milli bews sforzat.”
^ Jew “Ir-ruħ li.”
^ Letteralment “jgħaffeġ taħt saqajh l-għasel.”
^ Jew “ruħ.”
^ Jew “jaħrab.”
^ Jew “barrani.”
^ Jew “li l-ħin kollu teqred.”
^ Letteralment “isinn wiċċ sieħbu.”
^ Jew “Xeol u Abaddon.”
^ Jew “Hekk hu t-tifħir għall-bniedem.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Jew “Kun moħħok fin-nagħaġ; Oqgħod attent għan-nagħaġ.”
^ Jew “dijadema.”