Proverbji 25:1-28

  • Tikxifx affarijiet kunfidenzjali (9)

  • Kelma f’waqtha (11)

  • Irrispetta l-privatezza taʼ ħaddieħor (17)

  • Iġbor ġamar fuq ras l-għadu (21, 22)

  • Rapport tajjeb hu bħal ilma kiesaħ (25)

25  Anki dawn huma l-proverbji taʼ Salamun li ġew miġburin u kkopjati min-nies taʼ Ħeżekija r-re taʼ Ġuda:  2  Alla jiġi gglorifikat talli jżomm is-sigrieti,U r-rejiet jiġu gglorifikati meta jsibu informazzjoni dettaljata dwar kwistjoni.  3  Bħalma s-sema hi għolja u l-art hi fonda,Daqshekk hu diffiċli li tifhem x’hemm f’qalb ir-rejiet.  4  Neħħi l-ħmieġ mill-fidda,U din issir irfinuta għalkollox.  5  Neħħi lill-wieħed ħażin minn quddiem ir-re,U t-tmexxija tiegħu tkun b’saħħitha u jkompli jmexxi bil-ġustizzja.  6  Tonorax lilek innifsek quddiem ir-re,U toqgħodx fost in-nies importanti,  7  Għax ikun aħjar li jgħidlek hu, “Itlaʼ hawn’”Milli jumiljak quddiem xi ħadd importanti.  8  Taqbadx u tiftaħ kawża legali,Għax imbagħad x’se tagħmel jekk xi ħadd juri li int żbaljat?  9  Irranġa l-kwistjoni miegħu,Imma tikxifx dak li ntqallek b’mod kunfidenzjali,* 10  Ħalli dak li qed jismaʼ ma jġegħlekx tistħi,U l-affarijiet* ħżiena li tgħid ma jinxterdux bla ma tkun tistaʼ twaqqafhom. 11  Kelma f’waqtha hi bħal tuffieħ tad-dehebImnaqqax fuq platt tal-fidda. 12  Il-korrezzjoni li jagħti xi għaref hi bħal misluta tad-dehebU tiżjin tad-deheb fin għall-widna taʼ min jismagħha. 13  Messaġġier leali hu bħall-kesħa tal-borra f’jum il-ħsad għal min bagħtu,Għax hu jagħti s-saħħa lil sidu. 14  Min jiftaħar li se jagħti rigal u qatt ma jagħtihHu bħal sħab u riħ mingħajr xita. 15  Jekk tkun paċenzjuż tistaʼ tikkonvinċi kmandant,U l-kliem taʼ xi ħadd li jitkellem bil-ħlewwa jistaʼ jkisser għadma. 16  Jekk issib l-għasel, kul biss kemm għandek bżonn,Għax jekk tieħu ħafna tispiċċa tirremetti. 17  Tmurx għand xi ħadd taʼ spiss,Ħalli ma ddejqux u jibda jobogħdok. 18  Min jixhed b’mod falz kontra xi ħadd,Hu bħal mazza tal-gwerra, xabla, u vleġġa taqtaʼ. 19  Li tafda f’xi ħadd li ma tistax toqgħod fuqu* fi żmien l-inkwietHu bħal li tomgħod fuq sinna mkissra jew timxi fuq sieq mhux soda. 20  Li tkanta lil xi ħadd li hu mdejjaqHu bħal li tneħħi l-ħwejjeġ meta jkun il-bardHu bħal li titfaʼ l-ħall fuq l-alkali.* 21  Jekk l-għadu tiegħek* hu bil-ġuħ, agħtih il-ħobż;Jekk hu bil-għatx, agħtih l-ilma, 22  Għax b’hekk tkun qed tiġbor ġamar fuq rasu,*U Ġeħova se jippremjak. 23  Ir-riħ mit-Tramuntana jġib ħafna xita,U min iħobb jgħid fuq in-nies* iġiegħel lil oħrajn jirrabjaw. 24  Aħjar tgħix f’rokna fuq bejtMilli fl-istess dar maʼ mara ġellieda.* 25  Rapport tajjeb minn art ’il bogħodHu bħal ilma kiesaħ għal min għandu l-għatx.* 26  Persuna ġusta li ċċedi għal* min hu ħażinHi bħal għajn tal-ilma mdardra u bħal bir imniġġes. 27  Mhuwiex tajjeb li tiekol ħafna għasel,U lanqas mhu tajjeb li persuna tfittex li tingħata l-glorja. 28  Bniedem li ma jikkontrollax it-tempraHu bħal belt bi swar imkissrin.

Noti taʼ taħt

Jew “is-sigrieti taʼ ħaddieħor.”
Jew “l-għajdut.”
Jew forsi “fi traditur.”
Dan jirreferi għall-karbonat tas-sodju.
Letteralment “il-wieħed li jobogħdok.”
Jiġifieri trattablu qalbu bħalma n-nar idewweb il-metall.
Jiġifieri gossip.
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Jew “għar-ruħ bil-għatx.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “tagħmel kompromess maʼ.” Letteralment “togħtor quddiem.”