Rivelazzjoni 7:1-17

7  Wara dan rajt erbaʼ anġli+ weqfin fl-erbaʼ rokniet taʼ l-art, iżommu sew l-erbat irjieħ+ taʼ l-art, biex l-ebda riħ ma jonfoħ fuq l-art jew fuq il-baħar jew fuq xi siġra.+  U rajt anġlu ieħor tielaʼ minn fejn titlaʼ x-xemx,+ li kellu s-siġill taʼ l-Alla l-ħaj;+ u għajjat b’leħen qawwi lill-erbaʼ anġli li ngħatalhom li jagħmlu ħsara lill-art u lill-baħar,  u qalilhom: “Tagħmlux ħsara lill-art jew lill-baħar jew lis-siġar, sakemm inkunu mmarkajna bis-siġill+ lill-ilsiera t’Alla tagħna fuq ġbinhom.”+  U smajt l-għadd taʼ dawk li ġew immarkati bis-siġill, mija u erbgħa u erbgħin elf,+ immarkati minn kull tribù+ taʼ wlied Israel:+  Mit-tribù taʼ Ġuda+ tnax-il elf immarkati; mit-tribù taʼ Ruben+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Gad+ tnax-il elf;  mit-tribù t’Aser+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Naftali+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Manasse+ tnax-il elf;  mit-tribù taʼ Simegħon+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Levi+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Issakar+ tnax-il elf;  mit-tribù taʼ Żebulun+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Ġużeppi+ tnax-il elf; mit-tribù taʼ Benjamin+ tnax-il elf immarkati bis-siġill.+  Wara dan rajt, u, ara, folla kbira,+ li ebda bniedem ma setaʼ jgħoddha, minn kull ġens+ u tribù u poplu+ u lsien,+ weqfin quddiem it-tron+ u quddiem il-Ħaruf, lebsin ilbiesi bojod;+ u f’idejhom kellhom friegħi tal-palm.+ 10  U bdew jgħajtu b’leħen qawwi u jgħidu: “Is-salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna,+ li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron,+ u lill-Ħaruf.”+ 11  U l-anġli kollha+ kienu weqfin madwar it-tron u l-anzjani+ u l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin,+ u nxteħtu wiċċhom fl-art quddiem it-tron u taw qima lil Alla,+ 12  u qalu: “Amen! Il-barka u l-glorja u l-għerf u r-radd il-ħajr u l-unur u l-qawwa+ u s-saħħa jkunu lil Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Amen.”+ 13  Għaldaqstant, wieħed mill-anzjani+ qalli: “Dawn li lebsin ilbiesi bojod,+ min huma u minfejn ġew?” 14  U minnufih għedtlu: “Sidi, int taf.” U qalli: “Dawn huma l-uħud li ħarġu mit-tribulazzjoni l-kbira,+ għax ħaslu l-ilbiesi tagħhom u għamluhom bojod+ fid-demm+ tal-Ħaruf. 15  Huwa għalhekk li qegħdin quddiem+ it-tron t’Alla; u qed jagħtuh servizz sagru+ lejl u nhar fit-tempju tiegħu; u Dak li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron+ jifrex it-tinda tiegħu+ fuqhom. 16  Qatt iktar m’huma se jkunu bil-ġuħ jew bil-għatx; lanqas tisreġ fuqhom ix-xemx jew sħana tikwi,+ 17  għax il-Ħaruf,+ li qiegħed ħdejn it-tron, jirgħahom,+ u jiggwidahom lejn għejun taʼ l-ilmijiet+ tal-ħajja. U Alla jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.”+

Noti taʼ taħt