Rivelazzjoni 19:1-21

19  Wara dan smajt bħal leħen għoli taʼ folla kbira fis-sema.+ Qalu: “Faħħru lil Jah!*+ Is-salvazzjoni+ u l-glorja u l-qawwa huma t’Alla tagħna,+  għax il-ġudizzji tiegħu huma veri u ġusti.+ Għax għamel ġudizzju mill-prostituta l-kbira li ħassret l-art biż-żína tagħha, u vvendika ruħu minnha għad-demm taʼ l-ilsiera tiegħu.”+  U minnufih qalu għat-tieni darba: “Faħħru lil Jah!+ Iva, id-duħħan tagħha jibqaʼ tielaʼ għal dejjem taʼ dejjem.”+  U l-erbgħa u għoxrin anzjan+ u l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ inxteħtu jagħtu qima lil Alla li qiegħed bil-qiegħda+ fuq it-tron, u qalu: “Amen! Faħħru lil Jah!”+  Ukoll, ħareġ leħen mit-tron u qal: “Faħħru lil Alla tagħna, intom l-ilsiera kollha tiegħu,+ li tibżgħu minnu, kemm żgħar u kemm kbar.”+  U smajt bħal leħen taʼ folla kbira u bħal ħoss taʼ ħafna ilmijiet u bħal ħoss taʼ ragħad qawwi. Qalu: “Faħħru lil Jah,+ għax Ġeħova Alla tagħna, li Jistaʼ Kollox,+ beda jsaltan.+  Ħa nithennew u nifirħu bil-kbir, u ħa nagħtuh il-glorja,+ għax wasal+ iż-żwieġ+ tal-Ħaruf, u martu ħejjiet ruħha.+  Iva, ngħatalha li tiżżejjen b’għażel fin, nadif, u jiddi, għax l-għażel fin jirrappreżenta l-atti ġusti tal-qaddisin.”+  U qalli: “Ikteb: Henjin dawk li huma mistidnin+ għall-ikla taʼ fil-għaxija taż-żwieġ tal-Ħaruf.”+ Ukoll, qalli: “Dan il-kliem t’Alla hu veru.”+ 10  Għal dan inxtħett f’riġlejh biex inqimu.+ Iżda qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk!+ Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-xogħol li jagħtu xiehda dwar Ġesù.+ Qim lil Alla;+ għax l-għoti taʼ xiehda dwar Ġesù hu li jnebbaħ l-ipprofetizzar.”+ 11  U rajt is-sema jinfetaħ, u, ara, żiemel abjad.+ U dak li kien riekeb fuqu kien jismu Leali*+ u Veru,+ u kien jiġġudika u jiggwerra bil-ġustizzja.+ 12  Għajnejh fjamma nar,+ u fuq rasu kien hemm ħafna dijademi.+ Kellu isem+ miktub li ħadd ħliefu ma kien jafu, 13  u kien imżejjen b’mantar imraxxax bid-demm,+ u ismu kien Il-Kelma+ t’Alla. 14  Ukoll, l-armati li kienu fis-sema marru warajh fuq żwiemel bojod, u kienu lebsin għażel fin, abjad, u nadif. 15  U minn fommu kienet ħierġa xabla twila li taqtaʼ,+ biex bih jidrob lill-ġnus, u jirgħahom b’xettru tal-ħadid.+ Għasar ukoll il-magħsar taʼ l-inbid+ tar-rabja tal-korla t’Alla+ li Jistaʼ Kollox. 16  U fuq il-mantar tiegħu, iva, fuq koxxtu, kellu isem miktub, Sultan tas-slaten u Sid tas-sidien.+ 17  U rajt ukoll anġlu wieqaf fix-xemx, u għajjat b’leħen għoli u qal lill-għasafar+ kollha li jtiru f’nofs is-sema: “Ejjew ’l hawn, inġabru għall-ikla l-kbira taʼ fil-għaxija t’Alla, 18  biex tieklu l-laħam+ tas-slaten u l-laħam tal-kmandanti militari u l-laħam tan-nies b’saħħithom+ u l-laħam taż-żwiemel+ u tar-rikkieba tagħhom, u l-laħam taʼ kulħadd, tal-ħielsa u taʼ l-ilsiera, taż-żgħar u tal-kbar.” 19  U rajt il-bhima salvaġġa+ u s-slaten+ taʼ l-art u l-armati tagħhom miġburin biex jiggwerraw+ kontra dak li kien riekeb fuq iż-żiemel+ u kontra l-armata tiegħu. 20  U l-bhima salvaġġa+ nqabdet, u magħha nqabad ukoll il-profeta falz+ li kien iwettaq quddiemha s-sinjali+ li bihom qarraq lil dawk li rċivew il-marka+ tal-bhima salvaġġa u lil dawk li jagħtu qima lix-xbieha tagħha.+ Waqt li kienu għadhom ħajjin, xeħtuhom it-tnejn fl-għadira tan-nar jaqbad bil-kubrit.+ 21  Imma l-bqija nqatlu bix-xabla twila taʼ dak li kien riekeb fuq iż-żiemel,+ ix-xabla li kienet ħierġa minn fommu.+ U l-għasafar+ kollha mtlew+ b’laħamhom.+

Noti taʼ taħt

Jew, “Ħallelujah.” Qabbel Eżo 15:2, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “Fidil.”