Rivelazzjoni 11:1-19

11  U ngħatatli qasba bħal ħatar+ waqt li qalli: “Qum u kejjel is-santwarju tat-tempju+ t’Alla u l-artal u lil dawk li jqimu fih.  Imma l-bitħa taʼ barra+ s-santwarju tat-tempju ħalliha u tkejjilhiex, għax ngħatat lill-ġnus,+ u dawn se jgħaffġu taħt saqajhom il-belt qaddisa+ għal tnejn u erbgħin xahar.+  U se nġiegħel liż-żewġ+ xhieda tiegħi jipprofetizzaw+ għal elf, mitejn u sittin jum lebsin l-ixkora.”+  Dawn huma simbolizzati miż-żewġ siġriet taż-żebbuġ+ u ż-żewġ gandlieri,+ u qegħdin weqfin quddiem il-Mulej taʼ l-art.+  U jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom il-ħsara, joħroġ nar minn ħalqhom u jiblaʼ lill-għedewwa tagħhom;+ u jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom il-ħsara, b’dan il-mod ikollu jinqatel.  Huma għandhom l-awtorità li jagħlqu s-sema+ biex ma tagħmilx xita+ matul il-jiem li jipprofetizzaw fihom, u għandhom l-awtorità fuq l-ilmijiet biex ibiddluhom f’demm+ u biex jolqtu l-art b’kull xorta taʼ kastig kulmeta jridu huma.  U meta jkunu temmew ix-xiehda tagħhom, il-bhima salvaġġa li titlaʼ mill-abbiss+ tiggwerralhom u tirbħilhom u toqtolhom.+  U l-iġsma mejtin tagħhom ikunu fit-triq il-prinċipali tal-belt il-kbira, li f’sens spiritwali tissejjaħ Sodoma+ u Eġittu, fejn il-Mulej tagħhom ukoll ġie msammar maʼ zokk.+  U n-nies tal-popli u tat-tribujiet u taʼ l-ilsna u tal-ġnus+ iħarsu lejn l-iġsma mejtin tagħhom għal tlett ijiem u nofs,+ u ma jħallux li l-iġsma mejtin tagħhom jitqiegħdu f’qabar. 10  U dawk li jgħammru fuq l-art jithennew+ minħabba fihom u jieħdu pjaċir, u jibagħtu rigali lil xulxin,+ għax dawn iż-żewġ profeti kienu jitturmentaw lil dawk li jgħammru fuq l-art. 11  U wara t-tlett ijiem u nofs+ daħal fihom spirtu taʼ ħajja mingħand Alla,+ u waqfu fuq saqajhom, u waqaʼ biżaʼ kbir fuq dawk li rawhom. 12  U semgħu leħen għoli+ mis-sema jgħidilhom: “Itilgħu hawn fuq.”+ U telgħu s-sema fis-sħaba, u l-għedewwa tagħhom rawhom. 13  U f’dik is-siegħa seħħ terremot kbir, u waqaʼ wieħed minn kull għaxra+ tal-belt; u sebat elef bniedem inqatlu bit-terremot, u l-bqija beżgħu u taw glorja lill-Alla tas-sema.+ 14  It-tieni gwaj+ għadda. Ara! It-tielet gwaj ġej bil-ħeffa. 15  U s-sebaʼ anġlu daqq it-trumbetta tiegħu.+ U fis-sema kien hemm ilħna għoljin li bdew jgħidu: “Is-saltna tad-dinja saret is-saltna tal-Mulej tagħna+ u tal-Kristu* tiegħu,+ u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.”+ 16  U l-erbgħa u għoxrin anzjan+ li kienu bil-qiegħda fuq it-tronijiet tagħhom quddiem Alla nxteħtu wiċċhom+ fl-art u taw qima lil Alla,+ 17  u bdew jgħidu: “Irroddulek ħajr,+ Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox,+ Dak li hu+ u li kien, għax int ħadt il-qawwa kbira tiegħek+ u bdejt issaltan.+ 18  Imma l-ġnus imtlew bil-korla, u ġiet il-korla tiegħek, u wasal iż-żmien stabbilit biex jiġu ġudikati l-mejtin, u biex tippremja+ lill-ilsiera tiegħek il-profeti+ u lill-qaddisin u lil dawk li jibżgħu minn ismek, żgħar u kbar,+ u biex teqred+ lil dawk li qed jeqirdu l-art.”+ 19  U nfetaħ is-santwarju tat-tempju t’Alla li qiegħed fis-sema,+ u l-arka+ tal-patt tiegħu dehret fis-santwarju tat-tempju tiegħu.+ U kien hemm sajjetti u ilħna u ragħad u theżżiż taʼ l-art u silġ oħxon.

Noti taʼ taħt

Ara Mt 2:4, in-nota taʼ taħt.