Numri 7:1-89
-
L-offerti tal-inawgurazzjoni tat-Tabernaklu (1-89)
7 Dakinhar li Mosè lesta jarma t-tabernaklu, hu dilku u qaddsu, flimkien mal-għamara kollha tiegħu, l-artal, u l-għodod kollha tiegħu. Meta hu dilek u qaddes dawn l-affarijiet,
2 il-kapijiet t’Iżrael, jiġifieri l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, għamlu offerta. Dawn il-kapijiet tat-tribujiet, li kienu fuq in-nies li ġew irreġistrati,
3 ħadu l-offerta tagħhom quddiem Ġeħova. Din kienet sitt karrijiet mgħottijin u 12-il barri, karru għal żewġ kapijiet u barri għal kull kap. Huma ppreżentawhom quddiem it-tabernaklu.
4 Ġeħova qal lil Mosè:
5 “Aċċetta dawn l-affarijiet mingħandhom, għax se jiġu użati fis-servizz tat-tinda tal-laqgħa, u agħtihom lil-Leviti, lil kull wieħed skont dak li għandu bżonn għal xogħlu.”
6 Għalhekk, Mosè aċċetta l-karrijiet u l-barrin u tahom lil-Leviti.
7 Hu ta żewġ karrijiet u erbaʼ barrin lit-tfal taʼ Gerson skont dak li kellhom bżonn għal xogħolhom.
8 Hu ta erbaʼ karrijiet u tmien barrin lit-tfal taʼ Merari, skont dak li kellhom bżonn għal xogħolhom, taħt id-direzzjoni taʼ Itamar bin Aron il-qassis.
9 Imma lit-tfal taʼ Keħat ma tahom xejn, għaliex xogħolhom kien jinvolvi li jġorru fuq spallejhom l-affarijiet li jintużaw fil-post qaddis.
10 Issa l-kapijiet għamlu l-offerta tagħhom dakinhar li l-artal ġie inawgurat* u midluk. Meta l-kapijiet ippreżentaw l-offerta tagħhom quddiem l-artal,
11 Ġeħova qal lil Mosè: “Kuljum, wieħed mill-kapijiet għandu jippreżenta l-offerta tiegħu għall-inawgurazzjoni tal-artal.”
12 Dak li ppreżenta l-offerta tiegħu fl-ewwel jum kien Naħson bin Għamminadab mit-tribù taʼ Ġuda.
13 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel* u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis,* it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;*
14 tazza* tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
15 barri żgħir,* muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
16 gidi bħala offerta għad-dnub;
17 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Naħson bin Għamminadab.
18 Fit-tieni jum, Netanel bin Sugħar, il-kap taʼ Issakar, ippreżenta l-offerta tiegħu.
19 Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
20 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
21 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
22 gidi bħala offerta għad-dnub;
23 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Netanel bin Sugħar.
24 Fit-tielet jum, il-kap għat-tfal taʼ Żebulun, Eljab bin Ħelon
25 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
26 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
27 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
28 gidi bħala offerta għad-dnub;
29 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljab bin Ħelon.
30 Fir-rabaʼ jum, il-kap għat-tfal taʼ Ruben, Elisur bin Sedewr
31 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
32 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
33 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
34 gidi bħala offerta għad-dnub;
35 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisur bin Sedewr.
36 Fil-ħames jum, il-kap għat-tfal taʼ Simegħon, Selumjel bin Surisaddaj
37 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
38 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
39 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
40 gidi bħala offerta għad-dnub;
41 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Selumjel bin Surisaddaj.
42 Fis-sitt jum, il-kap għat-tfal taʼ Gad, Eljasaf bin Degħwel
43 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
44 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
45 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
46 gidi bħala offerta għad-dnub;
47 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljasaf bin Degħwel.
48 Fis-sebaʼ jum, il-kap għat-tfal t’Efrajm, Elisama bin Għammiħud
49 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
50 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
51 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
52 gidi bħala offerta għad-dnub;
53 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisama bin Għammiħud.
54 Fit-tmien jum, il-kap għat-tfal taʼ Manasse, Gamaljel bin Pedaħsur
55 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
56 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
57 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
58 gidi bħala offerta għad-dnub;
59 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Gamaljel bin Pedaħsur.
60 Fid-disaʼ jum, il-kap għat-tfal taʼ Benjamin, Abidan bin Gidegħoni
61 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
62 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
63 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
64 gidi bħala offerta għad-dnub;
65 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Abidan bin Gidegħoni.
66 Fl-għaxar jum, il-kap għat-tfal taʼ Dan, Aħigħeżer bin Għammisaddaj
67 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
68 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
69 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
70 gidi bħala offerta għad-dnub;
71 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħigħeżer bin Għammisaddaj.
72 Fil-11-il jum, il-kap għat-tfal t’Aser, Paggħijel bin Għokran
73 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
74 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
75 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
76 gidi bħala offerta għad-dnub;
77 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Paggħijel bin Għokran.
78 Fit-12-il jum, il-kap għat-tfal taʼ Naftali, Aħira bin Għenan
79 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;
80 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens;
81 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq;
82 gidi bħala offerta għad-dnub;
83 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħira bin Għenan.
84 Din kienet l-offerta tal-inawgurazzjoni tal-artal mingħand il-kapijiet t’Iżrael meta ġie midluk: 12-il platt tal-fidda, 12-il skutella tal-fidda, u 12-il tazza tad-deheb.
85 Kull platt tal-fidda kien jiżen 130 xekel u kull skutella kienet tiżen 70 xekel, b’kollox il-fidda tar-reċipjenti kienet 2,400 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis;
86 it-12-il tazza tad-deheb mimlijin inċens kienu jiżnu għaxar xwiekel kull waħda, skont ix-xekel tal-post qaddis, b’kollox id-deheb tat-tazzi kien 120 xekel.
87 Il-bhejjem kollha għall-offerta tal-ħruq kienu 12-il barri, 12-il muntun, 12-il ħaruf kull wieħed taʼ sena u l-offerti taċ-ċereali li joffru magħhom, u 12-il gidi għall-offerta għad-dnub;
88 u l-bhejjem kollha tas-sagrifiċċju tal-paċi kienu 24 barri, 60 muntun, 60 bodbod, u 60 ħaruf kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta tal-inawgurazzjoni tal-artal wara li ġie midluk.
89 Kull meta Mosè kien jidħol fit-tinda tal-laqgħa biex jitkellem m’Alla,* kien jismaʼ l-leħen ikellmu minn fuq l-għatu tal-arka tat-Testimonjanza, minn bejn iż-żewġ kerubini. Minn hemm kien ikellmu Alla.
Noti taʼ taħt
^ Jew “iddedikat.”
^ Jew “skont ix-xekel qaddis.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Jew “skutella żgħira.”
^ Jew “għoġol.”
^ Letteralment “miegħu.”

