Ħosea 8:1-14

  • Ibatu l-konsegwenzi tal-idolatrija (1-14)

    • Jiżirgħu r-riħ, u jaħsdu riefnu (7)

    • Iżrael nesa lil Dak li Għamlu (14)

8  Ġeħova qal: “Doqqu l-qarn! L-għedewwa se jiġu bħal ajkla kontra l-poplu tiegħi,Għax il-poplu tiegħi kisru l-patt tiegħi u m’obdewx il-liġijiet tiegħi.  2  B’leħen għoli kienu jgħiduli, ‘Int l-Alla tagħna, aħna, Iżrael, nafuk!’  3  L-Iżraelin warrbu dak li hu tajjeb. Ħa jiġri warajhom l-għadu!  4  Huma inkarigaw rejiet, imma mhux skont kif nixtieq jien. Għażlu kapijiet,* imma ma kellhomx l-approvazzjoni tiegħi. Għamlu idoli bil-fidda u d-deheb tagħhom,U dan se jwassal għall-qerda tagħhom stess.  5  Jien warrabt l-idolu tal-barri żgħir* li tqimu, Samarija. Jien irrabjat ħafna magħkom. Kemm se ddumu biex titnaddfu* minn din il-ħtija?  6  Għax dan il-barri żgħir* għamluh l-Iżraelin. Bniedem tas-sengħa għamlu, u mhux Alla;Il-barri żgħir tas-Samarija se jispiċċa frak.  7  Għax huma jiżirgħu r-riħ,U jaħsdu riefnu. L-ebda zokk tal-qamħ ma jagħmel qamħ tajjeb għall-ħsad;Kulma jitlaʼ mhux se jkun biżżejjed biex jintuża. Anki jekk ikun hemm xi qamħ, il-barranin* se jibilgħuh.  8  L-Iżraelin se jinqerdu. Huma se jkunu mferrxin mal-popli,Se jkunu bħal reċipjent li ħadd ma jridu.  9  Għax huma marru l-Assirja, bħal ħmar salvaġġ li jitlaq għal rasu. Efrajm mar għand il-prostituti. 10  Għalkemm jieħdu l-prostituti mill-popli,Jien se niġbor in-nies t’Efrajm;Huma se jibdew ibatu, għax ir-re u l-kapijiet* jagħmlulhom il-ħajja diffiċli. 11  In-nies t’Efrajm żiedu l-artali, u b’hekk dinbu. Huma użaw l-artali biex jidinbu. 12  Jien ktibtilhom ħafna liġijiet,*Imma qisuhom bħala xi ħaġa stramba. 13  Huma joffruli sagrifiċċji bħala rigal, u jieklu l-laħam,Imma jien, Ġeħova, xejn ma nieħu pjaċir bihom. Jien niftakar fl-iżbalji tagħhom u nikkastigahom għad-dnubiet tagħhom. Huma marru lura* l-Eġittu. 14  Iżrael nesa lil Dak li Għamlu u bena tempji,U Ġuda bena ħafna bliet iffortifikati. Imma jien se nibgħat nar fil-bliet tiegħu,U dan jaħraq it-torrijiet taʼ kull waħda minnhom.”

Noti taʼ taħt

Jew “prinċpijiet.”
Jew “tal-għoġol.”
Jew “tkunu innoċenti.”
Jew “l-għoġol.”
Jew “l-istranġieri.”
Jew “il-prinċpijiet.”
Jew “istruzzjonijiet.”
Jew forsi “se jmorru lura.”