Ħosea 13:1-16

  • Efrajm nesa lil Ġeħova (1-16)

    • “Mewt, fejn hi t-tingiża li tweġġaʼ tiegħek?” (14)

13  “Meta Efrajm tkellem, in-nies triegħdu;Hu kien importanti f’Iżrael. Imma hu dineb billi qiem lil Bagħal u miet.  2  Issa huma dinbu iktarU għamlu statwi tal-metall* mill-fidda tagħhom;Huma għamlu dan bis-sengħa, kollu xogħol taʼ nies professjonali. Lilhom qalulhom, ‘Ħalli dawk li qed joffru s-sagrifiċċji jbusu l-barrin żgħar.’*  3  Għalhekk, huma se jsiru bħas-sħab taʼ filgħodu,Bħan-nida li tiġi fix-xejn kmieni,Bħal qoxra taʼ żerriegħa li tittajjar minn riefnu mill-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali,*U bħad-duħħan li joħroġ minn toqba fis-saqaf.  4  Imma jien Ġeħova l-Alla tiegħek miż-żmien li kont l-Eġittu;Ma kont taf b’ebda Alla ieħor ħliefi,U m’hemmx salvatur ħliefi.  5  Jien ħadt ħsiebek fid-deżert, fl-art niexfa.  6  Huma kienu sodisfatti għax kellhom ħafna x’jieklu,Huma kienu sodisfatti u qalbhom tkabbret. U għalhekk insewni.  7  Jien se nattakkahom bħal iljun b’saħħtu. Bħal leopard li jistaħba mal-ġenb tat-triq.  8  Se mmur għalihom bħal orsa li tilfet il-frieħ tagħha,U niftħilhom il-kaxxa taʼ sidirhom. Hemm se niblagħhom bħal iljun;U bhima salvaġġa se tqattagħhom biċċiet.  9  Din se teqirdek, Iżrael,Għax int irribellajt kontrija, kontra l-wieħed li għenek. 10  Allura, fejn hu r-re tiegħek ħalli jkun jistaʼ jsalvak fil-bliet kollha tiegħek,U l-mexxejja* tiegħek, li dwarhom għedt,‘Agħtini re u kapijiet’?* 11  Jien tajtek re meta kont irrabjat,U se nneħħih minħabba li jien irrabjat ħafna. 12  L-iżball t’Efrajm mhux se jintesa;Id-dnub tiegħu se jiġi merfugħ. 13  Hu se jħoss uġigħ bħal mara li qed twelled. Imma hu tifel bla għaqal;Meta jasal iż-żmien biex jitwieled, ma jkunx irid joħroġ. 14  Jien se neħlishom* mill-Qabar;*Jien se nġibhom lura mill-mewt. Mewt, fejn hi t-tingiża li tweġġaʼ tiegħek? Qabar, fejn hi l-qawwa tiegħek li teqred? Madankollu, jien mhux se nuri ħniena. 15  Anki jekk jiżdied bħall-qasab,Ġeħova se jibgħat riħ mil-Lvant li jiġi mid-deżertU jnixxef il-bir tiegħu u jbattal l-għajn tal-ilma tiegħu. Dan se jisraqlu l-affarijiet prezzjużi kollha tiegħu. 16  Is-Samarija se tinstab ħatja,Għax hi rribellat kontra l-Alla tagħha. In-nies li joqogħdu fiha, se jinqatlu bix-xabla,It-tfal tagħhom se jinqatlu b’mod vjolenti,U n-nisa tqal tagħhom se jċarrtulhom żaqqhom.”

Noti taʼ taħt

Jew “statwi mill-metall imdewweb.”
Jew “l-għoġġiela.”
Jew “mill-qiegħa tad-dris.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “l-imħallfin.”
Jew “prinċpijiet.”
Jew “nifdihom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Fidwa.”
Jew “mill-qawwa tal-Qabar,” jew “taʼ Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.