Ħosea 14:1-9
14 “Iżrael, ejja lura għand Ġeħova l-Alla tiegħek,Għax int tfixkilt minħabba l-iżball tiegħek.
2 Ejjew lura għand Ġeħova u għidulu,‘Jalla taħfer l-iżball tagħna u taċċetta dak li hu tajjeb,U aħna se nfaħħruk b’dak li ngħidu bħalma noffrulek il-barrin żgħar għas-sagrifiċċju.*
3 L-Assirja mhux se ssalvana.
Mhux se nirkbu żwiemel,U mhux se nibqgħu nqisu x-xogħol li nagħmlu bħala li hu l-Alla tagħna,Għax hu int li wrejt ħniena mal-orfni.’*
4 Se nfejjaq in-nuqqas taʼ lealtà tagħhom.
Se nħobbhom minn jeddi,Għax m’għadnix irrabjat magħhom.
5 Jien se nsir bħan-nida għal Iżrael;Hu se jiftaħ bħall-ġiljuU se jniżżel l-għeruq tiegħu bħas-siġar tal-Libanu.
6 Il-friegħi tiegħu se jinfirxu,Is-sbuħija tiegħu se tkun bħal dik tas-siġra taż-żebbuġ,U l-fwieħa tiegħu bħal dik tal-Libanu.
7 Huma se jerġgħu joqogħdu fid-dell tiegħu.
Se jkabbru ċ-ċereali* u jarmu bħad-dielja.
Il-fama* tiegħu se tkun bħal dik tal-inbid tal-Libanu.
8 Efrajm se jgħid, ‘X’għandi x’naqsam iktar mal-idoli?’
Jien se nwieġeb u nieħu ħsiebu.
Se nkun bħal siġra tal-ġnibru b’saħħitha li tikber.
Jien se nkun il-wieħed li nagħtik il-frott.”
9 Jalla min hu għaref jifhem dawn l-affarijiet!
Jalla min hu għaqli jsir jafhom!
Għax it-triqat taʼ Ġeħova huma ġusti,U n-nies sewwa se jimxu fihom;Imma dawk li jagħmlu d-dnubiet se jitfixklu fihom.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “se noffru bħala tpattija l-barrin żgħar taʼ xofftejna.”
^ Letteralment “mat-tifel bla missier.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Letteralment “It-tifkira.”

