Ħosea 4:1-19

  • Il-kawża legali taʼ Ġeħova kontra Iżrael (1-8)

    • Fil-pajjiż m’hemmx għarfien dwar Alla (1)

  • Iżrael iqim allat foloz u jkollu relazzjonijiet sesswali maʼ ħafna nies (9-19)

    • Ix-xewqa li jagħmlu l-immoralità ġġegħelhom jiżvijaw (12)

4  Poplu t’Iżrael, isimgħu dak li jgħid Ġeħova,Għax Ġeħova għandu kawża legali kontra n-nies li joqogħdu fil-pajjiż,Għax fih la hemm verità, la mħabba u lealtà,* u lanqas għarfien dwar Alla.  2  Minflok hemm ħafna li jaħilfu b’mod falz, jigdbu, joqtlu,Jisirqu, u jagħmlu adulterju,Ukoll, hemm ħafna tixrid taʼ demm.  3  Hu għalhekk li l-pajjiż se jibkiU kull min jgħix fih se jiġi fix-xejn;L-annimali slavaġ, l-għasafar,u anki l-ħut se jmutu.  4  “Imma ħadd m’għandu jagħti parir jew jikkoreġi lilkom,Għax intom raskom iebsa bħal xi ħadd li jiħodha kontra qassis.  5  Għalhekk, se titfixklu fid-dawl tax-xemx,U l-profeti se jitfixklu magħkom bħallikieku billejl. U jien se nsikket* lil ommkom.  6  Il-poplu tiegħi se jiġi msikket,* għax m’hemmx għarfien. Peress li warrabtu l-għarfien,Jien se nwarrabkom milli taqdu bħala qassisin tiegħi;U peress li nsejtu l-liġi* tiegħi, l-Alla tagħkom,Jien se ninsa lit-tfal tagħkom.  7  Iktar ma żdiedu, iktar dinbu kontrija. Jien mhux se nħalli n-nies jonorawhom, minflok se nġegħelhom jiġu ddiżonorati.*  8  Il-qassisin jieħdu vantaġġ mid-dnub* tal-poplu tiegħi,Huma jridu li n-nies jibqgħu jiżbaljaw.  9  Il-poplu u l-qassis se jiġrilhom l-istess;Jien se nitlob kont taʼ dak li għamluU se nikkastigahom skont kif aġixxew. 10  Huma se jieklu, imma ma jkunux sodisfatti. Se jkollhom relazzjonijiet sesswali maʼ ħafna nies,* imma ma jiżdidux,Għax lili, Ġeħova, ma jagħtux kasi. 11  Il-prostituzzjoni,* l-inbid, u l-inbid ġdidIneħħu x-xewqa taʼ xi ħadd biex jagħmel dak li hu tajjeb. 12  Il-poplu tiegħi jitolbu pariri mingħand l-idolu tal-injam tagħhom,U jagħmlu dak li jgħidilhom il-bastun* tagħhom. Ix-xewqa li jagħmlu l-prostituzzjoni* ġġegħelhom jiżvijaw,U billi jagħmlu l-prostituzzjoni huma ma jobdux lili, l-Alla tagħhom. 13  Huma joffru sagrifiċċji fuq il-qċaċet tal-muntanji,U joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji fuq l-għoljiet,Taħt is-siġar tal-ballut, tal-istoraċi, u kull siġra kbira,Għax jagħmlu ħafna dell. Hu għalhekk li l-bniet tagħkom jagħmlu l-prostituzzjoni*U n-nisa tat-tfal tagħkom jagħmlu adulterju. 14  Jien mhux se nitlob kont mill-bniet tagħkom għax jagħmlu l-prostituzzjoni,*U min-nisa tat-tfal tagħkom għax jagħmlu adulterju. Għax l-irġiel jitilqu mal-prostitutiU jagħmlu sagrifiċċji mal-prostituti tat-tempju. Nies bħal dawn li mhux kapaċi jifhmu se jiġu fix-xejn. 15  Iżrael, għalkemm qed tagħmlu l-prostituzzjoni*M’għandux ikun ħati Ġuda. Tiġux Gilgal jew Bet-awen,U taħilfux bija, Ġeħova l-Alla ħaj. 16  L-Iżraelin saru rashom iebsa bħal baqra,Nistaʼ jien, Ġeħova, nirgħahom bħal muntun żgħir f’post spazjuż? 17  In-nies t’Efrajm qed iqimu l-idoli. Erħulhom waħedhom! 18  Meta tispiċċalhom il-birra,*Huma jkollhom relazzjonijiet sesswali maʼ ħafna nies.* U l-mexxejja* tagħhom iħobbu jagħmlu affarijiet tal-mistħija. 19  Ir-riħ se jkaxkarhom,U se jistħu minħabba s-sagrifiċċji tagħhom.”

Noti taʼ taħt

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “neqred.”
Jew “meqrud.”
Jew “it-tagħlim.”
Jew forsi “minflok qed jigglorifikawni, qed jiddiżonorawni.”
Jiġifieri huma jakkwistaw ħafna ikel permezz tas-sagrifiċċji li n-nies jagħmlu biex jinħafru d-dnubiet tagħhom.
Jew “jagħmlu immoralità sesswali gravi; jagħmlu l-prostituzzjoni.”
Jew “L-immoralità.”
Jew “il-bastun li jintuża biex jaraw il-futur.”
Jew “l-immoralità.”
Jew “l-immoralità.”
Jew “l-immoralità.”
Jew “l-immoralità.”
Jew “il-birra tal-qamħ.”
Jew “jagħmlu immoralità sesswali gravi; jagħmlu l-prostituzzjoni.”
Letteralment “it-tarki.”