Ħosea 5:1-15

  • Ġudizzju kontra Efrajm u Ġuda (1-15)

5  “Isimgħu dan, qassisin,Oqogħdu attenti, nies t’Iżrael,Agħtu widen, intom tad-dar tar-re,Għax se tiġu ġġudikati;Għax intom nassa f’MispaU xibka mifruxa fuq Tabor.  2  Dawk li tbiegħdu minni* involvew ruħhom sew fil-qtil,U jien qed inwissihom* kollha.  3  Jien naf lil Efrajm,U Iżrael ma jistax jinħeba minni. Għax int, Efrajm, kellek relazzjonijiet sesswali maʼ ħafna nies;*Iżrael iddiżonora lilu nnifsu.  4  Dak li jagħmlu ma jħallihomx imorru lura għand l-Alla tagħhom,Għax huma jħallu x-xewqa tagħhom biex jagħmlu l-prostituzzjoni* tikkontrollahom;U huma ma jirrikonoxxux li jien, Ġeħova, l-Alla tagħhom.  5  Il-kburija t’Iżrael tat xhieda kontrih stess;Kemm Iżrael u kemm Efrajm tfixklu minħabba l-iżbalji tagħhom. U Ġuda tfixkel magħhom.  6  Huma kienu qed joffru sagrifiċċji lil Ġeħova mill-imrieħel tagħhom tan-nagħaġ u l-baqar biex ikollhom l-approvazzjoni tiegħu,Imma għalxejn. Hu tbiegħed minnhom.  7  Huma ttradew lil Ġeħova,Għax kellhom tfal min-nisa barranin li huma żżewġu.* Fi żmien xahar, se jiġu meqrudin huma u kulma għandhom.  8  “Doqqu l-qarn f’Gibegħa u doqqu t-trumbetta f’Rama! Għajtu għajta tal-gwerra f’Bet-awen! Għal warajk, Benjamin!  9  Efrajm, in-nies se jitwerwru f’jum il-kastig tiegħek. Jien għedt lit-tribujiet t’Iżrael dak li żgur se jiġrilek. 10  Il-kapijiet* taʼ Ġuda huma bħal dawk li jressqu l-fruntiera. Jien se nikkastigahom bl-aħrax, qisni se nitfaʼ ħafna ilma fuqhom. 11  Efrajm hu maħqur, il-qerda tiegħu hi ġusta,Għax hu kien determinat li jissieħeb mal-għedewwa tiegħu. 12  Għalhekk, jien kont bħal kamla għal EfrajmU bħal moffa* għad-dar taʼ Ġuda. 13  Meta Efrajm ra l-mard tiegħu, u Ġuda l-ferita tiegħu,Efrajm mar l-Assirja u bagħat messaġġiera għand re b’saħħtu. Imma dan ma setax ifejjaqkom,U lanqas setaʼ jfejjaq il-ferita tagħkom. 14  Għax jien se nattakka lil Efrajm bħal iljun,U lid-dar taʼ Ġuda bħal iljun b’saħħtu. Jien stess se nqattagħhom biċċiet u nitlaq ’l hemm;Se nġorrhom, u ħadd mhu se jeħlishom. 15  Se nitlaq u mmur lura fil-post tiegħi sakemm ibatu l-konsegwenzi tad-dnub tagħhom,Imbagħad huma se jfittxu l-approvazzjoni tiegħi. Meta jkunu f’sitwazzjoni diffiċli, se jfittxu l-għajnuna tiegħi.”

Noti taʼ taħt

Jew “Ir-ribelli.”
Jew “niddixxiplinahom.”
Jew “aġixxejt b’mod immorali; ħadt sehem fil-prostituzzjoni.”
Jew “l-immoralità.”
Letteralment “kellhom tfal stranġieri.”
Jew “Il-prinċpijiet.”
Jew “taħsir.”