Ħosea 12:1-14
12 “Efrajm jiekol ir-riħ.
Hu jiġri wara r-riħ mil-Lvant il-ġurnata kollha.
Ikompli jigdeb u jkun vjolenti iktar u iktar.
Hu jagħmel patt mal-Assirja u jieħu ż-żejt l-Eġittu.
2 Ġeħova għandu każ legali kontra Ġuda;Hu se jitlob kont minn Ġakobb skont dak li għamel,Hu se jħallsu skont kif aġixxa.
3 F’żaqq ommu, hu ħataf l-għarqub taʼ ħuh,U b’saħħtu kollha ssara m’Alla.
4 Hu baqaʼ jissara m’anġlu u rebaħ.
Beka u talbu bil-ħniena biex ibierku.”
Hu* sabu f’Betel, u tkellem dwarna minn hemm.
5 Ġeħova l-Alla tal-armati.
Il-popli se jiftakruh bl-isem tiegħu Ġeħova.
6 “Għalhekk, erġaʼ lura għand l-Alla tiegħek,Uri mħabba u lealtà* u agħmel dak li hu ġust.
Dejjem ittama fl-Alla tiegħek.
7 Imma n-negozjant juża miżien qarrieq;Hu jħobb jisraq.
8 Efrajm jibqaʼ jgħid, ‘Fil-fatt, jien sirt sinjur;Ksibt il-ġid.
Jien ħdimt iebes għal dan, u ħadd ma jistaʼ jakkużani b’xi ħaġa ħażina jew b’xi dnub.’
9 Imma jien Ġeħova l-Alla tiegħek miż-żmien li kont l-Eġittu.
Jien se nġiegħlek tgħix fit-tinedBħal fiż-żmien magħżul tal-festa.
10 Jien kellimt lill-profeti,Żidt il-viżjonijiet li kellhom,U permezz tal-profeti, tkellimt bl-eżempji.*
11 F’Gilegħad huma qarrqu* u gidbu.
F’Gilgal issagrifikaw il-barrin,U l-artali tagħhom huma bħal gzuz taʼ ġebel fir-raddi t’għalqa.
12 Ġakobb ħarab lejn it-territorju t’Aram;*Iżrael qeda lil raġel biex jiżżewweġ mara,U għal mara hu qagħad għassa man-nagħaġ.
13 Ġeħova ħareġ lil Iżrael mill-Eġittu permezz taʼ profeta,U permezz taʼ profeta, ipproteġieh.
14 Efrajm offenda bl-ikrah lil Alla;Hu se jibqaʼ responsabbli għad-demm taʼ dawk li qatel;U l-Mulej tiegħu se jikkastigah minħabba t-tmaqdir li ġab fuqu.”
Noti taʼ taħt
^ Jiġifieri Alla.
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “bil-parabboli.”
^ Aktarx qed jirreferi għall-maġija jew affarijiet misterjużi li għamlu.
^ Jew “tas-Sirja.”

