Ħosea 2:1-23
2 “Għidu lil ħutkom subien, ‘Intom il-poplu tiegħi!’*
U għidu lil ħutkom bniet, ‘Intom in-nisa li Alla juri ħniena magħhom!’*
2 Akkużaw lil ommkom; akkużaw lilha,Għax hi mhijiex il-mara tiegħi, u jien m’iniex ir-raġel tagħha.
Hi m’għandhiex tibqaʼ tagħmilha taʼ prostituta*U m’għandhiex tibqaʼ tagħmel adulterju,
3 Inkella nneżżagħha għarwiena u nagħmilha bħal dakinhar li twieldet,Nagħmilha bħal deżert,Inġibha bħal art bla ilma,U nġegħelha tmut bil-għatx.
4 Jien mhux se nuri ħniena mat-tfal tagħha,Għax huma tfal tal-adulterju.*
5 Għax ommhom għamlitha taʼ prostituta.*
Hi li ħarġet tqila bihom għamlet affarijiet tal-mistħija, għax qalet,‘Se mmur wara l-maħbubin tiegħi,Dawk li jagħtuni l-ħobż u l-ilma,Ħwejjeġ tas-suf u tal-għażel, u żejt u xorb.’
6 Allura se nagħlqilha triqitha bix-xewk;U se ntellaʼ ħajt tal-ġebel biex infixkilha,Ħalli ma tkunx tistaʼ ssib minn fejn toħroġ.
7 Hi se tiġri wara l-maħbubin tagħha, imma mhux se tilħaqhom;Hi se tfittixhom, imma mhux se ssibhom.
Imbagħad tgħid, ‘Se mmur lura għand żewġi,*Għax kont aħjar dak iż-żmien milli issa.’
8 Ma ndunatx li kont jien li tajtha ċ-ċereali,* l-inbid ġdid, u ż-żejt,U li kont jien li tajtha ħafna fiddaU deheb, li użat biex tqim lil Bagħal.
9 Se nieħu lura ċ-ċereali tiegħi fi żmien il-ħsadU l-inbid ġdid fl-istaġun tiegħu,U se naħtaf il-ħwejjeġ tas-suf u tal-għażel li kienu jgħattuha ħalli ma tkunx għarwiena.
10 Se nikxef il-partijiet privati tagħha quddiem il-maħbubin tagħha,U ħadd minnhom mhu se jsalvaha minn taħt idejja.
11 Inġib fi tmiem il-ferħ kollu tagħha,Il-festi, il-qamar ġdid, is-Sabat, u l-istaġuni tal-festi kollha tagħha.
12 Se neqred id-dwieli u s-siġar tat-tin tagħha, li dwarhom qalet:
‘Dawn tawhomli l-maħbubin tiegħi biex iħallsuni’;Se nbiddilhom f’foresta,U l-annimali slavaġ se jibilgħuhom.
13 Se nitlob kont minnha għal meta offriet sagrifiċċji lill-istatwi taʼ Bagħal,Għal meta kienet tiżżejjen bl-imsielet u affarijiet oħra u kienet tiġri wara l-maħbubin tagħha,Imma lili, Ġeħova, insietni.
14 Allura se nikkonvinċiha,Se mmexxiha lejn id-deżert,U se nkellimha biex nilħqilha qalbha.
15 Minn dak iż-żmien ’il quddiem, se nagħtiha lura l-għelieqi tad-dwieliU l-Wied* t’Għakor, li hu bħal bieb taʼ tama;Hemm se twiġibni bħal meta kienet żgħira,Bħal meta kienet ħarġet mill-art tal-Eġittu.
16 U dakinhar, jien, Ġeħova, ngħidilha:
‘Int tgħajjatli, “Ir-raġel tiegħi,” u ma tibqax tgħajjatli, “Sidi.”’*
17 Mhux se nħalliha tibqaʼ ssemmi l-ismijiet tal-istatwi taʼ Bagħal,U hi mhux se tibqaʼ tiftakarhom b’isimhom.
18 Dakinhar se nagħmel patt għall-benefiċċju tal-poplu tiegħi mal-annimali slavaġ,Mal-għasafar, u mal-annimali li jitkaxkru;Se neħles l-art mill-qaws, ix-xabla, u l-gwerra,U b’hekk se jorqdu b’moħħhom mistrieħ.*
19 Se nitgħarras miegħek għal dejjem,U nwiegħed li nittrattak tajjeb u b’mod ġust,Se nurik imħabba* u ħniena.
20 Se nwiegħdek li nkun leali lejk,U żgur tkun taf lili, Ġeħova.
21 Dakinhar, jien, Ġeħova,Se nagħti dak li titlob is-sema,U s-sema se tagħti dak li titlob l-art;
22 U l-art se tagħti dak li talbu ċ-ċereali, l-inbid ġdid, u ż-żejt;U dawn se jagħtu dak li talab Ġeżragħel.*
23 Se niżraʼ lilha* bħal żerriegħa għalija fl-art,Se nuri ħniena* lil dik li ma ntwerietx ħniena;Lil dawk li mhumiex il-poplu tiegħi* se ngħidilhom: ‘Intom il-poplu tiegħi,’U huma se jgħidu: ‘Int l-Alla tagħna.’”
Noti taʼ taħt
^ Jew “tkun immorali.”
^ Jew “tal-prostituzzjoni; tal-immoralità.”
^ Jew “għamlet l-immoralità.”
^ Letteralment “l-ewwel raġel tiegħi.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”
^ Jew “Bagħal Tiegħi.”
^ Jew “se jgħixu fis-sigurtà.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Ifisser “Alla Se Jiżraʼ Żerriegħa.”
^ Jiġifieri l-poplu t’Alla.

