Għamos 9:1-15

  • Ma jistgħux jevitaw il-ġudizzju t’Alla (1-10)

  • Id-dar taʼ David se terġaʼ tinbena (11-15)

9  Jien rajt lil Ġeħova fuq l-artal, u hu qal: “Olqot il-biċċa taʼ fuq tal-kolonna, u l-għetiebi se jitriegħdu. Aqtgħalhom rashom, u jien se noqtol lil dawk li jifdal bix-xabla. Ħadd mhu se jirnexxilu jaħrab jew jeħlisha.  2  Jekk iħaffru ’l isfel biex jistaħbew fil-Qabar,*Jien se nġibhom minn hemm;U jekk jitilgħu fis-sema,Jien se nniżżilhom.  3  U jekk jinħbew fuq il-quċċata tal-Karmel,Jien se nfittixhom hemm u niħodhom. Jekk jinħbew f’qiegħ il-baħar,Jien se nikkmanda lis-serp biex jigdimhom.  4  Jekk jittieħdu bħala lsiera mill-għedewwa tagħhom,Se nikkmanda lin-nies t’hemm biex joqtluhom bix-xabla;Jien se nitfaʼ għajnejja fuqhom biex nagħmlilhom il-ħsara, u mhux il-ġid.  5  Is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati, hu Dak li jmiss il-pajjiż,*Ħalli dan jitheżżeż u n-nies kollha li jgħixu fih se jkunu mdejqin;Se jkun hemm taqlib kbir,Dan se jkun bħal meta x-Xmara Nil tal-EġittuTogħla u tinżel.  6  ‘Il-wieħed li jibni t-taraġ tiegħu fis-semaU jagħmel il-bini* tiegħu ’l fuq mill-art;Il-wieħed li jiġbor l-ilmijiet tal-baħarBiex iferragħhom fuq wiċċ l-art,Hu Ġeħova. Dan hu ismu.’  7  Ġeħova jgħid: ‘Poplu t’Iżrael, jaqaw m’intomx bħall-Kusin għalija? Mhux jien ħriġt lil Iżrael mill-art tal-Eġittu,Lill-Filistin minn Kreta, u lis-Sirjani minn Kir?’  8  ‘Jien, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox, tfajt għajnejja fuq is-saltna midinba,U se neqridha minn fuq wiċċ l-art. Imma mhux se neqred għalkollox id-dar taʼ Ġakobb,’ jgħid Ġeħova.  9  ‘Jien qed nagħti kmand,U se nxerred lill-poplu t’Iżrael fost il-ġnus kollha,U se nheżżiżhom bħalma wieħed jheżżeż għarbiel,U ebda żrara mhu se taqaʼ fl-art. 10  Il-midinbin* kollha tal-poplu tiegħi se jmutu bix-xabla,Dawk li qed jgħidu, “Id-diżastru mhux se jiġi viċin tagħna jew jilħaqna.”’ 11  ‘Dakinhar, se nerġaʼ nibni d-dar* taʼ David li waqgħet,Jien se nirranġa x-xquq,U se nsewwi l-ħsarat;Jien se nerġaʼ nibniha bħalma kienet żmien twil ilu, 12  Biex jieħdu taħt idejhom dak li jkun baqaʼ minn Edom,U lill-popli kollha li jissejħu b’ismi,’ jgħid Ġeħova, li qed jagħmel dan. 13  Ġeħova jgħid: ‘Ġej żmien meta l-poplu tiegħi jkollu jibda jaħrat waqt li jkun għadu qed jaħsad,U qabel ma jgħaffġu l-għeneb, ikun wasal iż-żmien biex jiżirgħu;U l-muntanji se jqattru nbid ġdid,U l-għoljiet kollha se jkunu mimlijin bih.* 14  Jien se niġbor lura lill-ilsiera tal-poplu tiegħi Iżrael,U huma se jerġgħu jibnu l-bliet abbandunati u joqogħdu fihom;Se jħawlu għelieqi bid-dwieli u jixorbu l-inbid tagħhom,Se jagħmlu ġonna bis-siġar tal-frott u jieklu frotthom.’ 15  ‘Jien se nħallihom jerġgħu jmorru* fil-pajjiż tagħhomU qatt iktar mhu se jiġu mkeċċijin*Mill-art tagħhom li jien tajthom,’ jgħid Ġeħova l-Alla tagħkom.”

Noti taʼ taħt

^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Il-Mulej Sovran.”
^ Jew “l-art.”
^ Jew “il-koppla; il-ħnejja.”
^ Jew “In-nies li jagħmlu d-dnub.”
^ Jew “it-tinda; l-għarix.”
^ Letteralment “se jdubu.”
^ Letteralment “se nħawwilhom.”
^ Letteralment “maqlugħin mill-għeruq.”