Għamos 6:1-14
6 “Ħażin għal dawk li jaħsbu li huma xi ħaġa* f’Sijon,Għal dawk li jħossuhom fis-sigurtà fuq il-muntanja tas-Samarija,Il-mexxejja tal-popli importanti,Dawk li jiddependu minnhom l-Iżraelin!
2 Morru Kalne u araw.
Minn hemmhekk, morru Ħamat il-KbiraU inżlu Gat tal-Filistin.
Huma dawn aħjar minn dawn is-saltniet,*Jew it-territorju tagħhom hu akbar minn tagħkom?
3 Qegħdin intom tipprovaw tinsew il-jum taʼ diżastru,U tinkuraġġixxu nies vjolenti biex imexxu?
4 Intom timteddu fuq is-sodod tal-avorju u tintefgħu fuq is-sufanijiet,Tieklu l-imtaten tal-merħla u l-barrin żgħar* imsemmnin;
5 Intom tkantaw għanjiet skont il-ħoss tal-arpa,*U bħal David, tivvintaw strumenti mużikali;
6 Intom tixorbu l-inbid mill-iskutella,U tidilku lilkom infuskom b’żejt mill-aqwa.
Imma ma jimpurtakomx mill-ħsara tal-poplu taʼ Ġużeppi.
7 Għalhekk, se tkunu minn tal-ewwel fost dawk li jmorru fl-eżilju,U intom li qed tintelqu fuq is-sufanijiet, ix-xalar tagħkom se jispiċċa.
8 ‘Jien Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* naħlef bija nnifsi,’ jgħid Ġeħova l-Alla tal-armati,‘“Jien nobgħod il-kburija taʼ Ġakobb,Jien nobgħod it-torrijiet iffortifikati tiegħu,U se nagħti l-belt u dak kollu li fiha lill-għadu.
9 “‘“U anki jekk għaxart irġiel jibqgħu f’dar, huma wkoll se jmutu.
10 U xi ħadd li jiġi minnhom,* se jiġi biex joħroġhom barra u jaħraqhom wieħed wieħed. Hu se joħroġ il-ġisem mejjet tagħhom barra. Imbagħad se jgħid lil min ikun fil-kmamar taʼ ġewwa tad-dar, ‘Hemm xi ħadd ieħor miegħek?’ U hu jgħid, ‘Ħadd!’ Imbagħad jgħid, ‘Oqgħod kwiet! Għax mhux il-waqt li jissemma l-isem taʼ Ġeħova.’”
11 Għax jien, Ġeħova, qed nagħti l-kmand,U jien se nwaqqaʼ d-dar kbira u nġibha frak,U d-dar żgħira terrapien.
12 Jaqaw iż-żwiemel jiġru fuq il-blat,Jew hemm xi ħadd li jaħrat bil-baqar hemmhekk?
Għax intom bdiltu l-ġustizzja fi pjanta velenuża,U l-frott tas-sewwa fi pjanta morra.
13 Intom tieħdu pjaċir b’xi ħaġa li ma tiswa xejn,U tgħidu: “Mhux bis-saħħa tagħna stess li sirna b’saħħitna?”*
14 Għalhekk, jien se nġib ġens kontrikom, poplu t’Iżrael,’ jgħid Ġeħova l-Alla tal-armati,‘U huma se jaħqrukom minn Lebo-ħamat* sal-Wied tal-Għaraba.’”
Noti taʼ taħt
^ Jew “li ma jinteressahom minn xejn.”
^ Milli jidher qed jirreferu għas-saltniet taʼ Ġuda u t’Iżrael.
^ Jew “l-għoġġiela.”
^ Jew “tal-istrument tal-korda.”
^ Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Letteralment “ħu missieru.”
^ Letteralment “li ħadna qrun għalina?”
^ Jew “mid-daħla taʼ Lebo-ħamat.”

