Għamos 8:1-14
8 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* urieni dan: Kien hemm qoffa bil-frott tas-sajf.
2 Imbagħad hu qal: “X’qed tara, Għamos?” Jien għedtlu, “Qoffa bil-frott tas-sajf.” Imbagħad Ġeħova qalli: “Wasal it-tmiem* għall-poplu tiegħi Iżrael. Jien mhux se naħfrilhom iktar.
3 ‘Dakinhar, l-għanjiet tat-tempju se jinbidlu f’biki,’ jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox. ‘Se jkun hemm ħafna iġsma mejtin mitfugħin kullimkien. Ħa jkun hemm il-kwiet!’
4 Isimgħu dan, intom li qed tgħaffġu lill-fqirU li qed tagħmlu l-ħsara lill-umli tal-pajjiż,
5 Li tgħidu, ‘Kemm se jdum biex jgħaddi l-qamar ġdid, ħalli nkunu nistgħu nbigħu ċ-ċereali* tagħna,U s-Sabat, biex nagħmlu l-kejl tal-efa* iżgħar?
Ħalli x-xekel* nagħmluh ikbar billi ngħollu l-prezz,U nqarrqu bil-miżien tagħna.
6 B’hekk, inkunu nistgħu nixtru lil dak fil-bżonn bil-fidda,Lill-fqir għal sandli,U nbigħu dak li mhux tajjeb miċ-ċereali.’
7 Ġeħova ħalef bil-Kburija taʼ Ġakobb,‘Jien qatt mhu se ninsa dak kollu li għamlu.
8 Minħabba f’hekk, il-pajjiż se jitheżżeż*U kull min jgħix fih se jkun imdejjaq.
Se jkun hemm taqlib kbir,Ħa jkun bħal meta x-Xmara Nil tal-EġittuTogħla u tinżel.’
9 ‘F’dak il-jum, jien se nġiegħel lix-xemx tinżel f’nofsinhar,U se ndallam l-art f’jum imdawwal,’Jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.
10 ‘Jien se nbiddel il-festi tagħkom fi dwejjaq,U l-għanjiet kollha tagħkom f’għanjiet taʼ swied il-qalb.
Se nġegħelkom tilbsu ħwejjeġ tal-ixkora fuq ġenbejkom u kulħadd se jkollu jqaxxar xagħru;F’dik il-ġurnata, id-dwejjaq se jkun bħal meta xi ħadd imutlu l-uniku tifel tiegħu,U t-tmiem tagħha se jkun bħal jum taʼ tbatija.’
11 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox jgħid: ‘Ġej żmien meta jien se nibgħat ġuħ fil-pajjiż.*In-nies mhux se jkunu jixtiequ ħobż jew ilma,Imma li jisimgħu dak il ngħid jien, Ġeħova.
12 Huma se jmorru minn baħar sa baħar,U mit-Tramuntana sal-Lvant.*
Se jibqgħu jfittxu kullimkien biex isibu dak li ngħid jien, Ġeħova, imma mhux se jirnexxilhom.
13 F’dak il-jum, it-tfajliet sbieħ se jagħtihom ħass ħażin,U anki l-ġuvintur, minħabba l-għatx;
14 Dawk li jaħilfu bl-allat foloz* tas-Samarija u jgħidu,“Daqskemm hu ħaj l-alla tiegħek, Dan!”
U, “Daqskemm hu veru li teżisti t-triq taʼ Bir-xeba!”
Se jaqgħu u mhux se jerġgħu jqumu.’”
Noti taʼ taħt
^ Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Bl-Ebrajk hawn logħob bil-kliem. Il-kliem “tmiem” u “frott tas-sajf” huma simili ħafna.
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Jew “l-art se titheżżeż.”
^ Jew “fl-art.”
^ Jew “sa tlugħ ix-xemx.”
^ Jew “bid-dnub.”

