Għamos 4:1-13

  • Messaġġ kontra n-nisa li qishom il-baqar taʼ Basan (1-3)

  • Ġeħova jwaqqaʼ għaċ-ċajt il-qima falza tal-Iżraelin (4, 5)

  • L-Iżraelin ma jaċċettawx id-dixxiplina (6-13)

    • “Kunu lesti biex tiffaċċjaw lili, l-Alla tagħkom” (12)

    • ‘Alla jgħid lill-bnedmin x’inhuma l-ħsibijiet tiegħu’ (13)

4  “Nisa li intom bħall-baqar taʼ Basan,Li qegħdin fuq il-muntanja tas-Samarija, isimgħu dan il-messaġġ,Nisa li qed tisirqu lill-batuti u tgħaffġu lill-foqra,Li tgħidu lir-raġel* tagħkom, ‘Ġibilna xi ħaġa x’nixorbu!’  2  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* ħalef bil-qdusija tiegħu billi qal:‘“Ġej żmien meta l-għadu jgħollikom bil-ganċijiet tal-biċċierU lil dawk li jifdal minnkom bis-snanar tal-ħut.  3  Kull wieħed minnkom se jgħaddi mill-fetħa fis-sur taʼ quddiemuU intom se titkeċċew lejn Ħarmon,” jgħid Ġeħova.’  4  ‘Ejjew Betel u idinbu,*Ejjew Gilgal u idinbu saħansitra iktar! Ġibu s-sagrifiċċji tagħkom filgħodu,U l-għaxra fil-100 fit-tielet jum.  5  Aħarqu s-sagrifiċċju taʼ ringrazzjament tal-ħobż bil-ħmira;Xandru b’leħen għoli dwar l-offerti volontarji tagħkom! Għax hekk tħobbu tagħmlu, poplu t’Iżrael,’ jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.  6  ‘U jien, min-naħa tiegħi, ma tajtkomx ikel* fil-bliet kollha tagħkomU għamilt mod li jkollkom nuqqas taʼ ħobż fid-djar kollha tagħkom;Imma xorta ma ġejtux lura għandi,’ jgħid Ġeħova.  7  ‘Apparti minn hekk, meta kien jonqos tliet xhur għall-ħsad ma ħallejtx ix-xita tinżel;Ħallejt ix-xita tinżel f’belt, imma mhux f’oħra. F’biċċa art kienet tinżel ix-xita,Imma biċċa art oħra kienet tinxef, għax ma kinitx tagħmel xita.  8  In-nies taʼ żewġt ibliet jew tlieta kienu bla saħħa meta marru f’belt biex jixorbu l-ilma,Imma għalkemm xorbu kien jibqgħalhom l-għatx;U xorta ma ġejtux lura għandi,’ jgħid Ġeħova.  9  ‘Jien bgħattilkom riħ jaħraq u mard. Intom żidtu l-ġonna u l-għelieqi tad-dwieli tagħkom,Imma l-ġurati kienu jibilgħu s-siġar tat-tin u taż-żebbuġ tagħkom,U intom xorta ma ġejtux lura għandi,’ jgħid Ġeħova. 10  ‘Fostkom bgħatt pesta bħal dik tal-Eġittu. Qtilt lill-irġiel żgħażagħ tagħkom bix-xabla, u ħadtilkom iż-żwiemel tagħkom. Jien ġegħeltkom ixxommu r-riħa tinten tal-iġsma mejtin fil-kampijiet tagħkom,Imma xorta ma ġejtux lura għandi,’ jgħid Ġeħova. 11  ‘Jien qridtkomBħalma qridt lil Sodoma u Gomorra. Dawk li salvaw huma bħal zokk li ttieħed min-nar,Imma xorta ma ġejtux lura għandi,’ jgħid Ġeħova. 12  ‘Allura Iżrael, jien se nerġaʼ nikkastigakom. Iżrael, peress li se nagħmlilkom hekk,Kunu lesti biex tiffaċċjaw lili, l-Alla tagħkom.’ 13  Hu l-Wieħed li għamel il-muntanji u ħalaq ir-riħ;Hu jgħid lill-bnedmin x’inhuma l-ħsibijiet tiegħu,Ibiddel is-sebħ fi dlam,U jirfes il-postijiet għoljin tal-art;Ismu hu Ġeħova l-Alla tal-armati.”

Noti taʼ taħt

^ Jew “lis-sid.”
^ Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Jew “irribellaw.”
^ Jew “naddaftilkom snienkom mill-ikel.”