Għamos 2:1-16

  • Ġudizzji minħabba li rribellaw għal darba wara l-oħra (1-16)

2  “Hekk jgħid Ġeħova,‘“Peress li Mowab irribella għal darba wara l-oħra,* m’iniex se nbiddel fehmti,Għax hu ħaraq l-għadam tar-re t’Edom u għamlu rmied.*  2  Għalhekk, se nibgħat nar f’Mowab,U se jaħraq it-torrijiet iffortifikati taʼ Kerjot;Mowab se jmut fl-istorbju,Bl-għajjat tal-gwerra u bil-ħoss tal-qarn.  3  Se nneħħi lill-mexxej* minn nofsuU noqtol il-kapijiet* kollha flimkien miegħu,” jgħid Ġeħova.’  4  Hekk jgħid Ġeħova,‘Peress li Ġuda rribella għal darba wara l-oħra,* m’iniex se nbiddel fehmti,Għax huma warrbu l-liġi* taʼ ĠeħovaU ma żammewx mar-regoli tiegħu;Imma tqarrqu bħalma tqarrqu missirijiethom.  5  Għalhekk, se nibgħat nar f’Ġuda,U se jaħraq it-torrijiet iffortifikati taʼ Ġerusalemm.’  6  Hekk jgħid Ġeħova,‘Peress li Iżrael irribella għal darba wara l-oħra,* m’iniex se nbiddel fehmti,Għax huma jbigħu lill-ġust għall-fidda,U l-fqir għal sandli.  7  Huma jgħaffġu taħt saqajhom lill-batuti,U jwaqqfu lill-umli milli jkollu ġustizzja. Missier u t-tifel tiegħu jkollhom relazzjoni mal-istess tfajla,U b’hekk jiddiżonoraw l-isem qaddis tiegħi.  8  Huma jimteddu ħdejn kull artal fuq ħwejjeġ li jkunu ħatfu bħala garanzija taʼ self;U l-inbid li jixorbu fit-tempju* tal-allat tagħhom jixtruh bil-multi li jkunu taw.’  9  ‘Imma kont jien li qridt għalkollox lill-Amurrin minn quddiemhom,Li kienu twal bħas-siġar taċ-ċedri u b’saħħithom bħas-siġar tal-ballut;Jien qridthom kollha bħal meta tinqered siġra bil-frott u l-għeruq tagħha. 10  Jien ħriġtkom mill-art tal-EġittuU mexxejtkom fid-deżert għal 40 sena,Biex tieħdu f’idejkom l-art tal-Amurrin. 11  Jien inkarigajt lil xi wħud mit-tfal tagħkom bħala profetiU lil xi wħud mill-irġiel żgħażagħ bħala Nażiriti. Hux hekk, poplu t’Iżrael?’ jgħid Ġeħova. 12  ‘Imma intom bqajtu tagħtu l-inbid lin-Nażiriti,U kkmandajtu lill-profeti biex ma jipprofetizzawx. 13  Għalhekk, jien se nfarrakkom fejn tkunu,Bħalma karru mgħobbi bil-qatet tal-qamħ ifarrak dak li jkun hemm taħtu. 14  Il-ħafif mhux se jkollu fejn jaħrab,Il-wieħed b’saħħtu se jitlef is-saħħa tiegħu,U l-ebda gwerrier mhu se jeħlisha.* 15  L-arċier mhux se jiflaħ għall-battalja,Min jiġri ħafna mhux se jaħrab,U r-rikkieb taż-żwiemel mhux se jeħlisha.* 16  Dakinhar, anki l-iktar wieħed kuraġġuż fost il-gwerrieraSe jaħrab għarwien,’* jgħid Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “Minħabba tliet nuqqasijiet taʼ Mowab, u minħabba erbgħa.”
Letteralment “għall-ġir.”
Letteralment “lill-imħallef.”
Jew forsi “l-prinċpijiet.”
Letteralment “Minħabba tliet nuqqasijiet taʼ Ġuda, u minħabba erbgħa.”
Jew “l-istruzzjoni.”
Letteralment “Minħabba tliet nuqqasijiet t’Iżrael, u minħabba erbgħa.”
Letteralment “fid-dar.”
Jew “jeħles lil ruħu.”
Jew “jeħles lil ruħu.”
Jew “kemxejn imlibbes.”