Għamos 3:1-15

  • Jixxandar il-ġudizzju t’Alla (1-8)

    • Alla jgħid l-iskop tiegħu (7)

  • Messaġġ kontra s-Samarija (9-15)

3  “Isimgħu dak li Ġeħova qal dwarkom, poplu t’Iżrael, dwar it-tribujiet kollha li ħareġ mill-art tal-Eġittu:  2  ‘Għalkemm hemm ħafna popli fuq l-art,Intom l-unika nies li għażilt* biex tkunu l-poplu tiegħi. Hu għalhekk li se nitlob kont minnkom għall-iżbalji kollha tagħkom.  3  Jekk tnejn ma jiftehmux biex jiltaqgħu, se jmorru jimxu flimkien?  4  Se jgħajjat iljun fil-foresta jekk ma jkunx qabad annimal ieħor? Se jgħajjat iljun b’saħħtu minn fejn ikun jekk ma jkun qabad xejn?  5  Jistaʼ għasfur jinqabad fin-nassa jekk ma jkunx hemm xbiek għalih?* Jistaʼ l-mansab jitlaʼ mill-art jekk ma jkun inqabad xejn fih?  6  Jekk jindaqq qarn f’belt, ma jitregħdux in-nies bil-biżaʼ? Jekk ikun hemm diżastru fil-belt, mhux għax ikun aġixxa Ġeħova?  7  Għax Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* ma jagħmel xejnJekk ma jkunx qal l-iskop* tiegħu lill-qaddejja tiegħu l-profeti.  8  Iljun għajjat! Min mhux se jibżaʼ? Ġeħova s-Sid taʼ Kollox ikkmanda! Min mhux se jipprofetizza?’  9  ‘Xandru dan fuq it-torrijiet iffortifikati t’AsdodU fuq it-torrijiet iffortifikati tal-art tal-Eġittu. Għidu: “Inġabru flimkien kontra l-muntanji tas-Samarija;Araw il-konfużjoni u l-qerq li qed isiru fiha.” 10  Ġeħova jgħid: “Dawk li qed jiġbru l-ġid fit-torrijiet iffortifikati tagħhomBilli jagħmlu l-vjolenza u jeqirdu, ma jafux jagħmlu dak li hu tajjeb.”’ 11  Għalhekk, hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,‘Ġej għadu li se jdawwar il-pajjiż,Se jneħħilek saħħtek,U jisraq l-affarijiet kollha li għandek fit-torrijiet iffortifikati tiegħek.’ 12  Hekk jgħid Ġeħova,‘Bħalma ragħaj jirnexxilu jeħles biss żewġ saqajn jew biċċa widna minn ħalq taʼ ljun,Ftit biss mill-poplu t’Iżrael se jsalvaw,Minn dawk li qegħdin fis-Samarija fuq sodod mill-isbaħ u sufanijiet lussużi.’* 13  ‘Isimgħu u wissu lid-dar* taʼ Ġakobb,’ jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox, l-Alla tal-armati. 14  ‘Dakinhar li nitlob kont minn Iżrael taʼ kemm-il darba rribellaw,*Jien se neqred ukoll l-artali taʼ Betel;Se nqaċċat il-qrun tal-artal u jaqgħu mal-art. 15  Jien se nkisser id-dar tax-xitwa u d-dar tas-sajf.’ ‘Id-djar imżejnin bl-avorju se jiġu fix-xejn,U d-djar kbar* se jispiċċaw,’ jgħid Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

^ Letteralment “li naf.”
^ Jew forsi “ma jkunx hemm tat-taħrik għalih?”
^ Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”
^ Jew “il-ħaġa kunfidenzjali; is-sigriet.”
^ Jew “sufanijiet minn Damasku.”
^ Jew “agħtu xhieda kontra d-dar.”
^ Letteralment “naqsu.”
^ Jew forsi “U ħafna djar.”